Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: La Liga titlob li l-El Clasico jiċċaqlaq għal Madrid minħabba l-protesti li għaddejja bħalissa f’Barcelona

La Liga talbu lill-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol sabiex l-El Clasico li għandu jintlagħab dan ix-xahar jiċċaqlaq u jintlagħab f’Madrid minflok f’Barcelona. Dan wara l-protesti kbar u t-tensjoni dejjem tikber fil-Katalunja. Nhar it-Tnejn li għadda, disa’ mexxejja Katalani weħlu sentenzi ta’ bejn 9 u 13-il sena ħabs minħabba li kellhom irwol importanti fir-referendum illegali li kien sar u li għax ma kienx suċċess spiċċa qajjem protesti u tensjonijiet kbar fir-reġjun tal-Katalunja.

L-El Clasico bejn Barcelona u Real Madrid suppost għandu jintlagħab nhar is-Sibt 26 t’Ottubru fin-Nou Camp, b’La Liga qiegħda tittama li l-ewwel logħba tintlagħab fil-Bernabue, imbagħad dik f’Katalunja tintlagħab f’Marzu tas-sena d-dieħla.

Bil-protesti li għaddejjin bħalissa kellhom jitħassru numru ta’ titjiriet filwaqt li ġie rrappurtat ħafna ġlied bejn dawk li qed jipprotestaw u l-pulizija. Skont rapporti mill-midja Spanjoli, jidher li s’issa kien hemm aktar minn 51 arrest u madwar 150 persuna kellhom jiddaħħlu l-isptar għall-kura minħabba ġrieħi li sofrew.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar