Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Lejla memorabbli għal Barcelona kontra Sevilla, anke jekk spiċċaw b’2 plejers inqas
Il-Ħadd filgħaxija fin-Nou Camp, Barcelona għelbu lil Sevilla bl-iskor ta’ 4-0, f’logħba li spiċċaw jilagħbu b’9 plejers. Imma għalkemm il-konfront kien imtappan b’żewġ tkeċċijiet, matul il-logħba ġew milħuqa tragwardi li jistgħu jintlaħqu minn timijiet tal-istatura ta’ Barcelona.
L-ewwel tragward kien milħuq mill-goalkeeper Ġermaniż Marc-Andre ter Stegen li sar l-ewwel barrani li lagħab 200 logħba bejn il-lasti ta’ Barcelona. Sal-bieraħ, l-ebda goalkeeper barrani ma rnexxielu jwassal daqstant logħbiet fil-lasti tat-tim Katalan.
Fl-ewwel taqsima, Luis Suarez u Arturo Vidal skurjaw żewġ gowls wara xulxin, u bit-tielet ta’ Ousmane Dembélé l-kowċ Ernesto Valverde laħaq it-tragward li taħt it-tmexxija tiegħu Barcelona skurjaw 300 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha. Dawn it-300 gowl ġew skurjati fi spazju ta’ ftit aktar minn sentejn.
L-1 gowl – Lionel Messi kontra Real Madrid f’Awwissu 2017
Il-100 gowl – Lionel Messi kontra Atlético Madrid f’Marzu 2018
Il-200 gowl – Ousmane Dembélé  kontra Espanyol f’Diċembru 2018
It-300 gowl – Ousmane Dembélé kontra Sevilla f’Ottubru 2019
Biss dan ma kienx biżżejjed f’lejla memorabbli għal Katalani, għaliex ir-raba’ gowl kien skurjat minn ġmiel ta’ freekick ta’ Lionel Messi, u b’hekk niżżel ismu bħala l-uniku plejer f’La Liga li rnexxielu jiskorja f’16-il logħba konsekuttiva li lagħab f’dan l-aħħar seklu. Barra minn hekk, il-gowl ta’ Messi kien il-100 wieħed tiegħu li skurja minn barra l-kaxxa.
Dawn it-tragwardi kollha kienu mtappna minn żewġ tkeċċijiet li sofrew Barcelona fl-aħħar 3 minuti tal-logħba. L-ewwel tkeċċija kienet għad-debuttant Ronald Araujo li waqqa’ lil Javier Hernandez u r-referee keċċih minħabba li kien l-aħħar raġel. Waqt li l-plejers Katalani kienu qed jipprotestaw, ir-referee deher juri l-karta l-ħamra lil Ousmane Dembélé li jidher li l-protesti tiegħu urtaw lill-uffiċjal tal-logħba. Jidher li għalkemm Dembélé bilkemm jaf jitkellem bl-Ispanjol, kien jaf biżżejjed biex jgħid lir-referee li mhuwa tajjeb għalxejn, u għal din ir-raġuni l-uffiċjal bagħtu qabel sħabu fid-dressing room.
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League ingliż, fil-partita prinċiplai tal-lum draw ta’ 1-1 bejn Manchester United u Liverpool. Manchester United marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima b’goal ta’ Marcus Rashford fis-36minuta. Liverpool ġabu d-draw lejn l-aħħar…

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Balzan……….3 Tarxien……..1 Balzan jegħlbu lil Tarxien R. 3-1, rebħa li tiġi ssiġilata fl-aħħar battuti tal-partita, Balzan li kollox ma kollox ħadu pero’ rebħa meritata. Fl-14-il minuta,…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA żvelat li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fi Franza fis-sajf li għadda segwewha 1.12 biljun persuna. Minn dawk li segwew, 993.5 miljuni persuna segwewha minn fuq it-televiżjoni u dan…

Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż reġa’ telaq bil-kampanja tiegħu ‘No Room for Racism’ b’filmat li jinkludi fih plejers bħal Tammy Abraham u Raheem Sterling. Ir-razziżmu fl-isport reġa’ kien is-suġġett ta’ ħafna wara…

Aktar