Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Lionel Messi jirbaħ is-sitt unur ‘European Golden Shoe’ fil-karriera

L-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi kiser rekord ieħor billi rebaħ għas-sitt darba fil-karriera l-unur tal-European Golden Shoe. Din kienet it-tielet sena konsekuttiva li l-Arġentin rebaħ dan l-unur.

Dan l-unur jingħata lit-top scorer tal-kampjonat maġġuri kollha minn madwar l-Ewropa.

Messi skurja 36 gowl fl-istaġun li għadda fil-kampjonat La Liga ma’ Barcelona.

Warajh, tliet gowls inqas, spiċċa Kylian Mbappe ta’ Paris St Germain fil-kampjonat Ligue 1 ta’ Franza.

Messi rebaħ dan l-unur għall-ewwel darba fl-2010 u f’kelmtejn li qal ammetta li jinsab iddispjaċut li Barcelona ma rebħux il-UEFA Champions League fl-istaġun li għadda.

Barcelona jinsabu fit-tieni post tal-klassifika fi Spanja b’16-il punt,, tnejn wara Real Madrid.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar