Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Liverpool viċin li jakkwistaw lil Minamino

Liverpool jinsabu interessati li jakkwistaw il-firma tal-midfielder Ġappuniż Takumi Minamino f’Jannar li ġej.

Minamino impressjona fiż-żewġ logħbiet li RB Salzburg lagħbu kontra Liverpool fil-UEFA Champions League fejn irnexxielu jsib ix-xibka f’Anfield. Il-plejer ta’ 24 sena għandu klawsola ta’ £7.25m fil-kuntratt tiegħu. Numru ta’ klabbs minn madwar l-Ewropa jinsabu interessati li jakkwistaw il-firma tal-Ġappuniż b’Liverpool jidhru li huma favoriti li jagħmlu dan.

Minamino kien wieħed mill-iktar plejers li mpressjonaw għal RB Salzburg din is-sena fiċ-Champions League flimkien ma’ Hwang-Hee Chan u Erling Braut Haaland. Takumi Minamino dan l-istaġun skorja 11 -il gowl fi 12 -il partita għall-Ġappun u 9 gowls għal RB Salzburg.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Jekk kontu taħsbu li l-football kollu madwar id-Dinja jinsab wieqaf sejrin żbaljati għaliex fl-Ewropa eżattament fil-Belarus il-kampjonat tal-ogħla diviżjoni għadu għaddej. Bit-teams ta’ BATE Borisov u Dinamo Minsk l-iktar popolari…

Futbol internazzjonali

Il-players tal-football fil-Brażil se jkollhom vaganza twila kollox imħallas tal- inqas għal tliet ġimgħat minħabba l-coronavirus. Kollox qed jindka li l-Football fil-Brażil jinsab ukoll affetwat bil-virus u l-kampjonati jidher li…

Futbol internazzjonali

Il-Club tal-Premier Ingliż Manchester City se jkunu qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-NHS (National Health Service) parti sostanzjali tal-Etihad Stadium. Bħala parti mill-għajnuna li Manchester City se jkunu qed jagħtu lill-NHS se…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin għamilha ċara għall-ewwel darba kemm ilha li li ggravat il-kriżi COVID-19 bil-konsegwenza li waqfu l-kampjonati domestiċi li jekk dawn ma jistgħux jitkomplu sa Ġunju jistgħu jkunu dikjarati…

Aktar