Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Maradona arrestat fl-ajruport ta’ Buenos Aires

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin jgħidu li Maradona kien miżmum fl-ajruport wara l-wasla tiegħu mill-Messiku, fejn hemmhekk qiegħed imexxi lit-tim tat-tieni diviżjoni Dorados de Sinaloa.

L-ex maħbuba ta’ Maradona, Rocio Oliva, ippreżentat kawża fil-Qorti tal-Familja f’San Miguel għad-danni li jammontaw għal $9 miljuni. Maradona u Oliva kellhom relazzjoni ta’ sitt snin qabel sfaxxa kollox f’Diċembru li għadda. Issa, Oliva qiegħda tfittex lil Maradona għall-kumpens, imma għadhom ma ġewx żvelati dettalji dwar għaliex l-ex maħbuba tiegħu trid dawn il-flus.

Il-każ se jinstema’ fit-13 ta’ Ġunju li ġej, b’Maradona jinħeles mill-arrest ftit tas-sigħat wara li kien arrestat fl-ajruport.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kampjonat Premier Ingliż 2019/20 Riżultati tal-Ħadd AFC Bournemouth 1 – 3 Manchester City Tottenham Hotspur 0 – 1 Newcastle United Wolverhampton Wanderers 1 – 1 Burnley

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli. Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick…

Futbol internazzjonali

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena. Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja…

Aktar