X

Futbol internazzjonali: Mario Balotelli ma’ Brescia b’kuntratt ta’ sena

Story Published

Mario Balotelli, l-attakkant kontroversjali Taljan, se jsir plejer ta’ Brescia fis-sigħat li ġejjin.

Jidher li matul il-lejl li għadda, sar ftehim bejn il-President Massimo Cellino u l-aġent tal-plejer Mino Raiola li se jieħu lill-attakkant fil-belt fejn trabba.

Balotelli se jiffirma kuntratt ta’ sena b’miljun u nofs salarju.

Jekk Brescia jsalvaw u jibqgħu Serie A, Cellino jkun lest li jagħti sena oħra kuntratt lil Balotelli.