Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Real Madrid jippreżentaw lill-midfielder Brażiljan ta’ 18-il sena Reinier Jesus

Real Madrid jippreżentaw lill-midfielder Reinier Jesus, Brażiljan żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena, mingħand Flamengo.

Reinier deher jemozzjona ruħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ġie ppreżentat u rringrazzja lill-ġenituri tas-sagrifiċċji li għamlu għalih biex seta’ jirnexxhi fil-karriera tal-futbol.

Reinier se jingħaqad mat-tim tar-riservi ta’ Real Madrid Castilla taħt il-kowċ Raul Gonzalez.

Reinier rebaħ il-Copa Libertadores ma’ Flamengo f’Diċembru li għadda. Hu ffirma kuntratt ta’ sitt snin ma’ Real Madrid.

Rapporti fil-media Spanjola qegħdin jgħidu li Real Madrid ħallsu s-somma ta’ 30 miljun ewro.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Pożizzjoni ċara u soda mill-Club tas-Serie A Lazio hekk kif id-Diriġent Sportiv tagħhom l-Albaniż Igli Tare tenna li l-kampjonat ta’ dan l-istaġun għandu jitkompla u jintemm fl-aħħar ġurnata kif oriġinalment…

Futbol internazzjonali

Jack Grealish il-player ta’ Aston Villa kien kostrett jirrekordja messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu u jiskuża ruħu quddiem kulħadd talli fi tmiem il-ġimgħa ħareġ minn daru u mar jiltaqa’ ma’…

Futbol internazzjonali

Lionel Messi kkonferma li l-plejers ta’ Barcelona ser ikollhom 70% mill-paga mnaqqsa sabiex il-klabb jagħmel ċert li l-impjegati l-oħra jitħallsu l-pagi tagħhom matul il-lockdown fi Spanja. Minbarra t-tnaqqis drastiku fil-paga,…

Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Tottenham u tal-Ingilterra Harry Kane qal li l-Premier League Ingliż għandu jiġi null jekk ma jitkomplix sal-aħħar ta’ Ġunju. Il-futbol kollu fl-Ingilterra jinsab wieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Kane…

Aktar