Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Rebħa għall-Arsenal kontra Watford, Atalanta miżmuma minn Empoli

Watford 0  Arsenal 1

Gowl ta’ Pierre-Emerick Aubameyang kien biżżejjed għall-Gunners biex ħarġu rebbieħa fuq Watford bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl wasal wara 10 minuti logħob, b’Watford jispiċċaw bi plejer inqas minuta wara meta Deeney dabbar karta ħamra diretta. B’din ir-rebaħ Arsenal telgħu bl-istess punti daqs Chelsea, 66, u allura jinsabu żewġ punti fuq Manchester United u punt taħt Tottenham Hotspur li jinsabu fit-tielet post. Dan ifisser li bejn it-tielet u s-sitt post hemm biss 3 punti u allura mistennija tkompli tiħrax it-taqtiegħa għall-aħħar żewġ postijiet tal-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej.

Intant, mill-Kampjonat Premier Ingliż illejla tintlagħab logħba waħda fid-20:45 bejn Brighton u Cardiff.

 

Atalanta 0  Empoli 0

Atalanta kienu miżmuma dro f’darhom kontra Empoli bl-iskor ta’ 0-0. Atalanta xxuttjaw xejn inqas minn 32 xutt lejn il-lasti avversarji, bi 18 minnhom ikunu indirizzati għal ġewwa imma l-ebda ballun ma’ mess ix-xibka. B’dan id-dro Atalanta baqgħu fis-sitt post tal-klassifika b’53 punt, filwaqt li Empoli baqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni b’29 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Olandiż ta’ Liverpool, Virgil van Dijk, rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena tal-Professional Footballers’ Association. Dan wara sfida kbira bejnu u l-Ingliż Raheem Sterling ta’ Manchester City. U bħalma jiġri kull…

Futbol internazzjonali

Manchester UTD 0 Manchester City 2 F’Old Trafford, Manchester City reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Premiership Ingliż meta rebħu fid-derby kontra Manchester United bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu t-tnejn li huma…

Futbol internazzjonali

F’San Siro, Lazio ħadu rebħa b’gowl uniku kontra l-Milan biex b’hekk għaddew għall-finali tal-Coppa Italia b’aggregate ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-tieni taqsima, eżattament fit-58 minuta meta Immobile għadda pass…

Futbol internazzjonali

TVMSport jista’ jiżvela li l-President tal-club Taljan Juventus Andrea Agnelli se jkun hawn Malta f’Ġunju għal asssemblea ġenerali straordinarja tal-European Club Association – ECA – li tħaddan clubs li jilagħbu…

Aktar