Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Ronaldo jilħaq qbil li jħallas multa ta’ €18.8m minħabba evażjoni ta’ taxxa

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid.

Preżenza kbira ta’ ġurnalisti u partitarji kienu barra l-bieb tal-Qorti fejn kellu jidher CR7 minħabba li l-Imħallef ma aċċettax talba li l-plejer jagħmel ‘video call’ mal-Qorti jew jibqa’ dieħel sal-bini ta’ ġewwa bil-karozza biex jevita l-pubbliku.

Il-ftehim, li kien milħuq minn qabel is-sentenza, jinkludi wkoll 23 xahar ħabs sospiżi iżda fi Spanja, dawk li jinstabu ħatja ta’ evażjoni ta’ taxxa b’piena ta’ anqas minn sentejn, ħafna drabi ma jmorrux ħabs.

Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Ronaldo aċċetta mill-ewwel dak li proponew il-Prosekuturi tal-każ.

Ronaldo deher fil-Qorti fil-kumpanija tas-sieħba tiegħu Georgina Rodriguez.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Futbol internazzjonali

Fl-Ingilterra, Chelsea laħqu lit-Tottenham Hotspur fil-klassifika meta għandhom logħba aktar, wara li lbieraħ filgħaxija huma spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Burnley. Dan jista’ jitqies bħala draw diżappuntanti għaċ-Chelsea fi…

Futbol internazzjonali

Eluf ta’ partitarji ta’ PAOK inġabru fil-belt ta’ Thessaloniki biex jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat f’34 sena. Bil-bnadar suwed u bojod, b’nar tal-ajru u flares, il-partitarji ċċelebraw ir-rebħ tat-tielet kampjonat fl-istorja tal-klabb….

Aktar