Futbol Internazzjonali: Ronaldo jirrifjuta l-invit ta’ France Football

L-Istilla Portugiż Cristiano Ronaldo m’aċċettax l-invit ta’ France Football sabiex jattendi għaċ-ċerimonja tal-Ballun tad-Deheb. Ir-raġuni hi li hemm xniehat li Ronaldo mhuwiex mistenni jispiċċa mal-aqwa tlieta fiċ-ċerimonja tal-lejla. Minflok Ronaldo għażel li jattendi għall-Gran Gala`tal-futbol organizzata’ mill-Aic f’Milan. Hawnhekk Ronaldo mistenni jkun premjat bħala l-aqwa plejer tas-Serie A tal-istaġun 2018-19.

Cristiano Ronaldo rebaħ il-Ballun tad-Deheb ħames darbiet daqs l-attakkant Arġentin Lionel Messi li llejla ser ikun qiegħed jittama li jikseb s-sitt unur biex b’hekk jaqbeż lill-istess Cristiano Ronaldo.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stennija kbira għat-tkomplija ta’ La Liga fi Spanja meta fil-11 ta’ dan ix-xahar mistenni jitkompla l-logħob ta’ dan l-istaġun. Barcelona ser ikomplu bid-difiża għat-titlu barra minn darhom kontra Real Mallorca…

Atletika

Tħabbret il-mewt ta’ Bobby Joe Morrow, fost l-aqwa sprinters fl-Istorja tal-atletika. L-Amerikan kellu 84 sena. Morrow kien l-ewwel sprinter fl-Istorja li rebaħ tliet Midalji tad-Deheb fil-Logħob Olimpiku. Fl-1956, fl-Olimpjadi ta’…

Futbol internazzjonali

Gianfranco Zola, l-ex assistant kowċ ta’ Chelsea, qal li ħafna mill-plejers kienu ddejqu jaħdmu mal-kowċ Maurizio Sarri. F’intervista kontroversjali li ta lil Bein Sports, Zola qal li kien hemm plejers…

Futbol lokali

F’intervista ma’ TVMSport li se tixxandar illejla, Victor Sciriha kkonferma li se jibqa’ President ta’ Valletta FC u mhux se jkun qed jitlaq il-kariga qabel ma fi kliemu jara “li…

Aktar