Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Sadio Mané jippreferi jgħin lill-foqra milli jkollu karozzi u arloġġi lussużi

L-attakant tas-Senegal u ta’ Liverpool Sadio Mané tkellem dwar l-għajnuna li qiegħed jagħti lil pajjiżu u pajjiżi oħra Afrikani. F’intervista li kellu mal-kamra tal-aħbarijiet NsemWoha.com, Mané saħaq li għalih mhuwiex importanti li jkollu 10 Ferraris, xi 20 arloġġ bid-djamanti jew inkella xi ajruplan jew tnejn privati. Żvela li meta kien għadu tfajjel, hu wkoll kien ibati l-ġuħ, kien jaħdem fl-għelieqi u affaċċja sitwazzjonijiet li xejn ma kienu faċli f’ħajtu. Is-Senegaliż tkellem dwar it-tfulija tiegħu u kif ma kellux iċ-ċans li jikseb l-edukazzjoni li tant hija importanti, imma llum, permezz tas-suċċessi li qiegħed jikseb bil-futbol, jista’ jgħin lin-nies ta’ pajjiżu u pajjiżi oħra Afrikani.

Sadio Mané huwa magħruf li jagħti l-flokkijiet tiegħu bħala donazzjoni sabiex jintlibsu mit-tfal, kif ukoll jassisti diversi proġetti bħalma huma bini ta’ skejjel u djar f’diversi villaġġi fis-Senegal. Mané huwa Musulman, u jidher li anke f’Merseyside jagħti daqqa t’id, billi kultant imur fil-Moskea jnaddaf. Skont dawk li jkunu miegħu, huwa bniedem kwiet u tar-rispett, u ħafna mix-xogħol li jagħmel jagħmlu bla wisq pompi. Sadio Mané mhuwiex l-uniku plejer li jgħin lill-foqra u lil dawk li verament jinsabu fil-bżonn, għaliex nisimgħu b’diversi stejjer ta’ plejers kbar li jagħtu donazzjonijiet kbar għal diversi proġetti.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara l-aħbar li żvela TVM Sport ftit tal-jiem ilu tal-possibbiltà tajba li AC Milan jiġu f’Malta għal training camp wara l-Milied, issa fl-Italja ħarġet l-aħbar li anki t-tim ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Il-Messiku u l-Brażil ser jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-sbatax il-sena. Fl-ewwel semi finali tal-bieraħ il-Messik għaddew għas-spejjeż tal-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn…

Futbol internazzjonali

Marcello Lippi irreżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż dan wara li huma tilfu kontra s-Sirja bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022. Iċ-Ċina bħalissa jinsabu fit-tieni post…

Futbol internazzjonali

L-Ingilterra kkwalifikaw għall-fażi finali tal-Kampjonati tal-Ewropa 2020 dan wara li f’Wembley Stadium huma għelbu lil Montenegro bl-iskor ta’ 7-0. L-Ingliżi għamlu ħerba mill-avversarji fejn sal-ewwel taqsima kien diġa ħames gowls…

Aktar