Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Samson Siasia sospiż għomru minħabba match-fixing

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing.

Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta pagamenti biex jimmanipula r-riżultati ta’ partiti li kien involut fihom hu.

Siasia ta’ 51 sena lagħab ukoll 51 partita bħala attakkant tat-tim nazzjonali Niġerjan u wara l-karriera ta’ plejer kien qabad il-karriera tal-kowċing.

Il-FIFA qalet li Siasia ġie sospiż għal għomru minn kull attività tal-futbol fid-dinja u mmultat ukoll 50,000 dollaru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Parma 0   Roma 2 Doppjetta ta’ Pellegrini fit-tieni taqsima għenet lil Roma sabiex jgħaddu għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0. Pellegrini…

Futbol internazzjonali

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-edizzjoni li jmiss tal-2021. Dan tħabbar mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun li permezz ta’ Twitter ħabbru li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser issir bejn…

Futbol internazzjonali

FA Cup – It-3 Round (Replays) Carlisle UTD 3   Cardiff City 4 Kien il-gowl farradi minn sebgħa li permezz tiegħu Cardiff City għamluha għar-raba’ round tal-FA Cup meta fir-replay tal-logħba…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Fiorentina 2   Atalanta 1 Gowl sitt minuti mit-tmiem għen lil Fiorentina jgħaddu għall-kwartifinali meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-1. Cutrone fetaħ l-iskor għall-Viola fil-11-il…

Aktar