X

Futbol internazzjonali: Samson Siasia sospiż għomru minħabba match-fixing

Story Published

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing.

Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta pagamenti biex jimmanipula r-riżultati ta’ partiti li kien involut fihom hu.

Siasia ta’ 51 sena lagħab ukoll 51 partita bħala attakkant tat-tim nazzjonali Niġerjan u wara l-karriera ta’ plejer kien qabad il-karriera tal-kowċing.

Il-FIFA qalet li Siasia ġie sospiż għal għomru minn kull attività tal-futbol fid-dinja u mmultat ukoll 50,000 dollaru.