Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Sarri diġa’ beda juri x-xewqa liema plejers jixtieq ma’ Juventus

Meta Juventus għadhom lanqas biss ippreżentaw lil Maurizio Sarri bħala l-kowċ il-ġdid lill-media, it-Taljan jidher li diġa’ wera’ x-xewqa tiegħu mad-diriġenti dwar liema plejers jixtieq li jingħaqdu miegħu fil-ġimgħat li ġejjin.

Skont xi ġurnali Ingliżi, Sarri jrid jieħu lil Jorginho u Emerson Palmieri f’Turin, u dan biex jiżdiedu mal-istilel l-oħra diġa’ preżenti fit-tim tal-bianconeri.

It-tir prinċipali ta’ Sarri mhuwiex li jirbaħ is-Serie A, imma li fl-istaġun li ġej Juventus jgħollu t-tazza taċ-Champions League.

Jorginho diġa’ kien telaq lil Napoli biex mar ma’ Sarri fi Stamford Bridge, u issa jista’ jagħti l-każ li jerġa’ jiċċaqlaq wara li xejn ma kellu staġun feliċi f’Londra. Anke Emerson Palmieri li bħalissa jinsab fuq il-kotba tal-Blues, jista’ jmur ma’ Sarri f’Turin wara li fil-passat anke lagħab ma’ Palermo u Roma.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-Brażil: Inkwiet kbir fl-aħħar partita tal-kampjonat Brażiljan tat-tim ta’ Cruzeiro fejn kellha tiġi sospiża wara li partitarji qalgħu s-seats kollha li kien hemm fil-viċinanzi tagħhom u tefgħuhom lejn il-plejers fil-pitch…

Futbol internazzjonali

Bologna 2   Milan 3 Rebħa importanti għal Milan kontra Bologna biex telgħu ftit aktar ‘il fuq fil-klassifika meta barra minn darhom rebħu 3-2. Milan marru minn fuq wara kwarta mill-penalty…

Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Aktar