Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Tikber il-probabilità li Antonio Conte jinħatar il-kowċ il-ġdid t’Inter

Tkompli tikber il-probabilità li Antonio Conte jinħatar kowċ t’Inter matul il-ġimgħa d-dieħla, ftit tal-jiem wara li jintemm dan l-istaġun. Inter mistennija jilagħbu l-aħħar logħba tal-istaġun 2018/19 nhar il-Ħadd li ġej kontra Empoli, fejn b’rebħa jaċċertaw posthom fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Biss dan it-tragward ma jidhirx li kien biżżejjed għat-tmexxija t’Inter, tant li Luciano Spalletti mistenni jħalli lill-klabb wara l-aħħar logħba.

Skont diversi siti fuq l-internet u anke ġurnali Taljani, Antonio Conte diġa’ ffirma kuntratti preliminari sabiex jieħu f’idejh it-tmexxija t’Inter, fejnhuwa mistenni li jaqla’ €10 miljuni fis-sena. Il-ħsieb hu li Conte jista’ jmexxi lil Inter għas-suċċessi, mhux biss fis-Serie A imma anke fl-Ewropa. Il-ħatra ta’ Conte mhux bilfors li ser tinżel tajjeb mal-partitarji Interisti, u dan għaliex hemm min għadu jħares lejh bħala ‘għadu’ minħabba li jista’ jitqies bħala leġġenda Juventin wara li mal-bianconeri rebaħ ħames kampjonati u ċ-Champions League meta kien għadu jilgħab. Bħala kowċ kien wassal lil Juventus għal tliet suċċessi domestiċi, meta bejn l-2011 u l-2014 huma rebħu s-Serie A taħt it-tmexxija tiegħu.

Għalkemm sa ftit tal-ġimgħat ilu kien qiegħda tissemma’ l-possibilità li Conte jirritorna mal-Vecchia Signora minflok Allegri, Inter jidhru li ħadmu bilgħaqal u kienu huma li tefgħu l-ewwel offerta quddiem il-kowċ li fil-passat mexxa anke lil Chelsea fl-Ingilterra.

Skont il-ġurnal Ingliż The Times, l-ewwel plejer li Conte jrid jieħu f’San Siro ser ikun l-attakkant ta’ Manchester United, Romelu Lukaku. Ir-Red Devils mhumiex mistennija jagħmlu l-basten fir-roti jekk kemm-il darba jirċievu s-somma ta’ madwar €85 miljun għal dan il-plejer. Antonio Conte mistenni jagħmel tibdiliet neċessarji jekk jieħu t-tmexxija t’Inter f’idejh, u allura hemm stennija kbira dwar liema ser ikunu l-plejers li jħallu San Siro u l-oħrajn li jidħlu minflokhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A 2019/20 Riżultati tat-3 ġurnata Genoa 1 – 2 Atalanta Brescia 3 – 4 Bologna Parma 1 – 3 Cagliari Spal 2 – 1 Lazio AS Roma 4 – 2 Sassuolo

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej. Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet…

Futbol internazzjonali

Il-bieraħ komplew jintlagħbu aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2020 fejn il-Ġermanja kisbu rebħa importanti kontra l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li mill-istess Grupp l-Olanda komplew għaddejjin bir-rebħ. Dawn kienu r-riżultati…

Aktar