Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Tuchel jibqa’ jagħmilha ċara li mhuwiex kuntent b’Neymar Jr

Donnu li aktar ma’ jmur aktar qiegħed ikompli joħroġ ċar li l-kowċ ta’ PSG Thomas Tuchel ma jridx lil Neymar Jr fit-tim tiegħu. Qabel il-logħba kontra Real Madrid fil-Le Parc de Princes, Tuchel kien mistoqsi dwar il-futur ta’ Neymar u jekk għadx għandu postu fit-tim u fil-pjanjijiet tiegħu. Ir-risposta ta’ Tuchel ma tantx kienet waħda pożittiva għall-Brażiljan għaliex saħaq li probabilment matul dan l-istaġun Neymar ser ikollu kritika u tisfir mingħand kulħadd, anke mingħand il-partitarji tiegħu stess.

Għal-logħba kontra Real Madrid, Neymar Jr jinsab sospiż, sitwazzjoni li ma nkwetatx lil Tuchel. Skont il-kowċ Ġermaniż, Neymar ma riedx jibqa’ parti minn PSG u li għamel dak kollu li seta’ biex iħalli lill-klabb. Dan kollu naqqaslu l-popolarità tiegħu, tant li issa lanqas il-partitarji tat-tim ma jriduh. Il-kummenti ta’ Tuchel komplew fuq dawk li għadda s-Sibt li għadda wara li PSG kellhom bżonn lill-istess Neymar biex jieħdu 3 punti wara li għelbu lil Strasbourg bl-iskor ta’ 1-0 fil-ħin addizjonali tal-logħba. Is-Sibt li għadda Tuchel qal li għall-Brażiljan, kull logħba li jilgħab għalih tkun logħba away.

Filwaqt li diversi kowċis jippruvaw jieħdu ħsieb lill-plejers tagħhom u meta ma jkunux iridu jidhru kontroversjali ma jweġbux għal ċertu mistoqsijiet, mhux l-istess qiegħed jagħmel Tuchel, li kull darba li jkun mistoqsi dwar Neymar Jr jagħmilha ċara li mhumiex kuntent bil-Brażiljan.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex goalkeeper ta’ Real Madrid u Spanja Iker Casillas ħabbar li rtira mill-futbol. Il-goalkeeper li rebaħ żewġ Kampjonati Ewropej u Tazza tad-Dinja rtira fl-età ta’ 39 sena. Casillas kien ilu…

Futbol internazzjonali

Fulham irritornaw għall-Premier League wara li rebħu lil Brentford 2-1 f’Wembley Stadium. Joe Bryan kien l-eroj għal Fulham meta skorja darbtejn fil-ħin barrani. Sad-90 minuta l-iskor kien għadu 0-0 u…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Aktar