
Uffiċjali mill-klabb ta’ Barcelona marru Pariġi biex jinnegozjaw mill-ġdid lill-plejer Brażiljan, Neymar.
Din l-informazzjoni ħareġ biha s-sit SKY fl-Ingilterra.
Il-Brażiljan ta’ 27 sena ilu inċert dwar il-futur tiegħu ma’ Paris St Germain għal diversi xhur u jidher li l-ex klabb tiegħu se jkun qed jagħmel pass biex jerġa’ jġibu lura.
Il-kampjonat Spanjol jibda tliet ġimgħat oħra.
Jidher li PSG iridu lura l-€220 miljun li kienu nefqu tiegħu.
Neymar kien infurma lil PSG li xtaq jiċċaqlaq f’Lulju li għadda.
Parma 2 Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…
Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…
Sheffield UTD 0 Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…
Sassuolo 1 Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….