X

Futbol: It-Team Nazzjonali U21 it-Tlieta f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Ġorġja

Għada t-team Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jkun impenjat f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija kontra l-Ġorġja f’pajjina.

Wara t-telfa ta’ 4-0 kontra l-Belġju fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni il-kowċ Silvio Vella inkludi fl-iskwadra ta’ 19 -il player lil Nicholas Pulis ta’ Valletta filwaqt li mhux se jkunu fl-iskwadra Zachary Brincat ta’ Mosta u Yannick Yankam ta’ Qormi.

L-iskwadra sħiħa hi din:
Goalkeepers – Jake Galea (Sliema Wanderers), Matthew Grech (Floriana).

Difensuri – Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Dunstan Vella (Hibernians), Nicholas Pulis (Valletta), Kurt Zammit (Birirkara), Michele Sansone (Sliema Wanderers),.

Midfielders – Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gżira United), Zach Scerri (Gżira United), Dylan Agius (Pieta’ Hotspurs), Jake Grech (Birkirkara).

Attakkanti – Jurgen Degabriele (Hibernians), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Kyrian Nwoko (Valletta), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs).

Sandro Micallef :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.