Futbol lokali
Futbol lokali: proposti 11-il barrani fit-tim flok 7 fil-Kampjonat BOV Premier mill-istaġun li ġej

Mill-istaġun li ġej, it-timijiet tal-Kampjonat BOV Premier, se jkunu jistgħu jutilizzaw minn 11-il barrani minn total ta’ 18-il plejer li jistgħu jinkitbu fuq il-line-up ta’ kull partita.

Din l-aħbar, minkejja li kienet ilha fl-arja, ġiet ikkonfermata lbieraħ fil-Laqgħa tal-Istanding Committee tal-klabbs tal-Premier li saret filgħaxija u li fiha ttieħed vot dwar din id-deċiżjoni.

TVM Sport jinsab infurmat li mad-90% tar-rappreżentanti tal-klabbs tal-Premier ivvutaw favur dan.

Bħalissa, ir-regolament tal-Malta Football Association, jgħid li f’line-up ta’ 18-il plejer, jista’ jkollok massimu ta’ seba’ barranin bil-kumplament tal-11-il plejer iridu jkunu Maltin.

Mill-istaġun li ġej, dawn iċ-ċifri se jinqalbu u tim jista’ jagħmel użu kif irid minn 11-il barrani, inkluż li jibdew il-partita mal-ewwel ħdax, plejers barranin kollha, li iżda mbagħad ir-riservi jridu jkunu kollha Maltin.

Din ir-regola għad trid titressaq għall-approvazzjoni tal-Kunsill tal-MFA biex issir uffiċjali.

TVM Sport jinsab infurmat li l-klabbs kollha kienu preżenti għal din il-laqgħa, b’eċċezzjoni ta’ Floriana FC u St Andrews FC.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Futbol lokali

Għaxar plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Mosta FC għandhom sospiżi żewġ plejers; lil Juri Cisotti u lil Gianluca Cuomo. Plejers oħra li ġew…

Futbol lokali

Ħamsa u għoxrin sena wara r-rebħa storika ta’ Malta kontra l-Belġju fl-istadium nazzjonali f’Ta’Qali bl-iskor ta’ 1-0, Carmel Busuttil tkellem pubblikament għall-ewwel darba u ammetta li Raymond Vella, ‘il-Mundu’, kien…

Futbol lokali

L-ex President ta’ Floriana FC, uża l-paġna personali tiegħu ta’ facebook biex dalgħodu kiteb messaġġ lill-partitarji kollha tal-klabb. F’dan il-messaġġ, Said qal li fl-aħħar xhur, ġimgħat u jiem, diversi partitarji…

Aktar