Futbol lokali
Futbol lokali: 27 student f’kamp ta’ taħriġ ta’ erbat ijiem fis-Serbja

Għall-ewwel darba, l-Iskola Nazzjonali tal-isport qed tagħti 27 student li jispeċjalizzaw fil-futbol, ​​l-opportunità li jipparteċipaw f’kamp ta’ taħriġ barra l-pajjiż. Dan il-grupp ta’ studenti se jieħdu sehem f’kamp ta’ taħriġ ta’ erbat ijiem f’Belgrad is-Serbja bejn il-25 u d-29 ta’ Marzu.

L-istudenti se jitħarrġu u jikkompetu fl-akkademji tal-futbol professjonali Red Star Belgrade, Partizan Belgrade u Cukaricki. L-istudenti se jkunu taħt it-tmexxija tal-kowċis tal-futbol tal-iskola, is-Sur Paul Zammit u s-Sur Stefan Sultana.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u l-Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li dan il-kamp se jkun ta’ esperjenza unika għall-istudenti, iżda dawn l-istudenti se jkunu esposti għall-osservazzjoni mis-Serbia FA.

“Jiena ċert li din se tkun ta’ esperjenza kbira għall-istudenti tagħna, u nispera li jagħmlu l-aħjar użu minnu. L-Iskola Nazzjonali tal-Isport għandha l-għan li tkompli torganizza kampijiet simili f’dixxiplini oħra sabiex ikompli jintlaħaq l-għan ewlieni tal-istrateġija nazzjonali għall-isport, dik li jkompli jogħla l-livell tal-isport Malti” qal is-Segretarju Parlamentari Grima.

Il-kowċis tal-futbol u l-amministrazzjoni tal-iskola li se jakkumpanjaw lil dawn il-plejers żgħażagħ se jkollhom ukoll l-opportunità li jitħarrġu u jaqsmu l-aħjar prattika mal-kowċis professjonali.

Il-Kap tal-iskola Robert Magro huwa l-moħħ wara din l-inizjattiva, u li ħadem ħafna biex jipprovdi lil dawn l-istudenti żgħażagħ bl-opportunità li jesperjenzaw xi tfisser li tipprattika l-isport favorit tagħhom b’mod professjonali.

L-Iskola Nazzjonali tal-Isport ilha topera mill-2012 u toffri lill-isportivi żgħażagħ, l-opportunità li jkomplu jipprattikaw l-isport tagħhom u fl-istess ħin ikomplu l-istudji tagħhom fil-livell sekondarju.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Balzan…….. 2 Sliema …….1 Logħba li kellha bidu eċċellenti bit-team ta’ Balzan jirnexxielu jaħsad lit-team Slimiż tant li f’inqas minn 13 -il minuta kien qed igawdi żewg goals vantaġġ, min…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta………….1 Tarxien …………0 Gowl ferm sabiħ ta’ Miguel Angel Alba kien biżżejjed sabiex Valletta jegħlbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 1-0. Dawn it-tliet punti kienu fundamentali…

Futbol lokali

Mill-Kampjonat BOV tal-ewwel diviżjoni illum tliet logħbiet fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali fejn bid-draw li ħadu llum Sirens ġew dikjarati matematikament Champions tal-ewwel diiviżjoni fejn iktar qabel kienu diġa’ ġew promossi….

Futbol lokali

KAMPJONAT OV PREMIER 2018/19 Pietà H……….0 Ħamrun S…..2 Fl-ewwel logħba fil-Hibernians Stadium, Pietà Hotspurs tilfu kontra Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk huma l-ewwel tim relegat għall-Ewwel Diviżjoni. Min-naħa…

Aktar