Futbol lokali
Futbol lokali: Andrea Pisanu jinħatar kowċ ta’ Sliema Wanderers FC
Jieħu post l-imkeċċi Alfonso Greco; jiddebutta s-Sibt kontra Tarxien

Andrea Pisanu huwa l-coach il-ġdid ta’ Sliema Wanderers.

Pisanu, li sa nhar is-Sibt li għadda kien fuq il-bank ta’ Balzan bħala assistent coach u fil-fatt mexxa lit-team fin-nuqqas ta’ Jacques Scerri li kien sospiż għall-partita kontra Valletta, issa se jmexxi lil-club Slimiż sal-aħħar tal-istaġun.

Andrea Pisanu, Taljan, 38 sena, diġà għandu passat mal-Wanderers billi lagħab magħhom fil-Kampjonat Premier fl-istaġun 2014-15: wara karriera li ratu jilbes il-flokk ta’ timijiet bħal Cagliari, Verona, Parma u Bologna fis-Serie A. Għamel anke żewġ staġuni jikkowċja lil Melita fl-ewwel diviżjoni hawn Malta.

Pisanu jieħu r-riedni tal-Wanderers fi żmien diffiċli għall-club li jinsab żewġ postijiet mill-qiegħ fil-Kampjonat Premier wara disa’ telfiet tul l-istaġun: l-aħħar waħda s-Sibt li għadda kontra Gudja li wasslet għat-tkeċċija tal-coach ta’ qablu Alfonso Greco. Huwa jiddebutta fuq il-bank Slimiż fil-konfront tas-Sibt li ġej ma’ Tarxien Rainbows.

Waqt li Pisanu kien qed imexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ mal-iskwadra Slimiża, il-president tal-club Keith Perry kien qed jippreżenta s-seba’ akkwisti barranin ġodda tal-Wanderers għal Jannar: l-Arġentin Federico Vasilchik, il-Brażiljani Arthur Oyama, Carlos Calvo, Gilmar, u Gabriel Duarte, u l-Ġappuniżi Tamaka Soichiro u Ryuto Tamazaki.

Perry qal li jemmen li l-club għandu biżżejjed kwalità biex joħroġ mis-sitwazzjoni diffiċli li sab ruħu fiha.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Kumitat tal-Club tal-Football ta’ Qrendi illum għamilha ċara u ċaħad xnigħat li qed jidhru fil-midja soċjali, li  mhuwiex minnu li ma riedx ikun promoss fil-Kampjonat Premier. Fi stqarraija l-Club qal…

Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Futbol lokali

Floriana FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tas-sekondi ilu mill-Kunsill tal-Malta Football Association. Il-voti ntefgħu hekk: 47 favur il-klassifiċi preżenti, 18 kontra, u astjenew 10 persuni. Dan…

Aktar