Futbol lokali
Futbol lokali: Balzan jirritornaw għar-rebħ b’rebħa ta’ 3-1 kontra Tarxien Rainbows  

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Tarxien R……1

Balzan………..3

F’xita qliel matul id-90 minuta, Balzan irritornaw għar-rebħ meta fis-Centenary Stadium huma għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-1. Għal Balzan din kienet is-sitt rebħa minn għaxar logħbiet, filwaqt li għar-Rainbows din kienet is-sitt telfa tal-istaġun.

Żewġ rebħiet mill-aħħar tliet logħbiet raw lir-Rainbows jiksbu sitt punti importanti, filwaqt li għal Balzan is-sitwazzjoni kienet aktar diżappuntanti għaliex fl-aħħar tliet logħbiet huma ħadu biss tliet punti, b’żewġ telfiet infila li ħallewhom f’nofs il-klassifika.

Il-pressjoni ta’ Balzan sarrfet fil-gowl tal-vantaġġ fit-23 minuta meta wara li d-difiża tar-Rainbows klerjat ħażin minn corner, il-ballun wasal f’saqajn Michael Johnson li b’xutt b’saħħtu fil-baxx fir-rokna poġġa lil Balzan minn fuq 1-0. Mas-27 minuta Balzan irduppjaw meta l-ballun twaqqa’ preċiż f’saqajn Alfred Effiong li waħdu quddiem il-goalkeeper żerżaq il-ballun fir-rokna tax-xibka għal 2-0. Fit-38 minuta reazzjoni minn Tarxien meta Paolucci ttanta xutt angolat bil-goalkeeper Sultana jirnexxielu jtajjar il-ballun.

Fis-47 minuta, Uros Ljubomirac ttanta xutt minn barra l-kaxxa li għeleb għal kollox lill-goalkeeper Cassar biex Balzan għamluhom 3-0 kmieni fit-tieni taqsima. Fis-65 minuta Tarxien kellhom azzjoni meta Aquilina rnexxilu jipprova xutt b’saħħtu iżda Sultana rnexxielu jtajjar momentarjament, il-ballun ġie f’saqajn Paolucci iżda x-xutt tiegħu kien imdawwar f’corner. Freekick għal Balzan fit-68 minuta meta De Fiori Mendes indirizza l-ballun għal ġewwa, imma Cassar salva b’diffikultà u għamel save tajjeb ħafna. Fis-77 minuta r-Rainbows kellhom ċans tad-deheb li jnaqqsu d-distakk meta Paolucic approfitta minn żball fid-difiża, imma ġibed wisq fuq ix-xellug qabel ma kkonkluda, u ta ċ-ċans lil Sultana li jdawwar il-ballun f’corner. Fit-82 minuta Tarxien fl-aħħar naqqsu d-distakk meta Michele Paolucci b’xutt b’saħħtu tefa’ minn taħt idejn Sultana biex għamel l-iskor 3-1.

Referee: Ishmael Barbara

BOV Player tal-Logħba: Alex Da Paixao Alves

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer ta’ Juventus, Parma, Fiorentina u Napoli, fost l-oħrajn, se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Hamrun Spartans FC. TVM Sport jista’ jikkonferma li Hamrun Spartans għalqu dawn in-negozjati…

Futbol lokali

Pietà Hotspurs FC għelbu lil Floriana FC fil-finali tan-Knock Out li ntlagħbet ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun bi skor ta’ 3-1. B’din ir-rebħa, t-tim tal-Hotspurs reġa’ ta prova li hu…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia illum sejjaħ skwadra provizorja għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Euro 2020 kontra l-Iżvezja u r-Rumanija rispettivament. It-tim Malti ser jilgħab barra minn darna…

Futbol lokali

FINALI KO MAFA 2018-19 Versity AFC irnexxielhom jiksbu double storiku fil-MAFA meta rebħu l-kompetizzjoni Knock-Out kontra r-rivali Valletta St Pauls bl-għoti tal-penalties. Wara li ġimgħa ilu t-tim minn Tal-Qroqq rebħu…

Aktar