Futbol lokali
Futbol lokali: David Camilleri se jinħatar Team Manager tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena

David Camilleri, l-ex plejer nazzjonali ta’ Malta, se jinħatar Team Manager tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.

Camilleri se jkun qed jieħu post Jason Vella li kien qed jokkupa din il-kariga.

Sorsi ta’ TVM Sport ikkonfermaw li Camilleri se jkun qed jibda f’din il-kariga mill-partita li jmiss.

David Camilleri lagħab 35 partita bil-flokk ta’ Malta bejn l-1996 u l-2001.

Camilleri kien beda l-karriera tiegħu fil-Kampjonat Premier ma’ Hamrun Spartans. Hu lagħab ukoll ma’ Sliema Wanderers, Marsaxlokk, Hibernians, Valletta u Tarxien Rainbows.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Aktar