Futbol lokali
Futbol lokali: Edward Herrera jilgħab it-300 partita fil-Kampjonat Premier

Edward Herrera, il-plejer ta’ Sirens FC, illum lagħab it-300 partita tiegħu fil-Kampjonat BOV Premier.

Herrera lagħab kontra St Lucia FC fil-partita li t-tim ta’ San Pawl il-Baħar rebaħ bi skor ta’ 2-0.

F’kitba li għamel fil-media soċjali, Herrera rringrazzja lill-President tal-klabb Mark Borg Hedley u lit-team manager Gilbert Gamilleri tal-flokk li ppreżentawlu.

Herrera beda l-karriera tiegħu ma’ Melita u lagħab ukoll ma’ Pietà Hotspurs, Hibernians, Birkirkara u Floriana.

Hu lagħab 19-il partita mat-tim nazzjonali Malti u skurja gowl.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Malta Football Association għandha reġistrati magħha 845 kuntratt mill-erba’ diviżjonijiet rispettivi tagħha li huma l-Kampjonat BOV Premier, il-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, il-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni u l-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni….

Futbol lokali

Il-Malta Football Association se tkun qed tipproponi xenarji differenti dwar kif se jitkomplew il-kompetizzjonijiet domestiċi f’pajjiżna fosthom li dawn jintlagħbu fix-xhur tas-sajf wara l-bibien magħluqa. TVMSport jinsab infurmat li Bjorn…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association illum varat proġett ġdid ta’ programm tat-televiżjoni mmirat speċifikament għat-tfal f’dan iż-żmien meta ħafna qedgħin kostretti jqattgu l-ħin tagħhom id-dar. L-għan ta’ dan il-programm bl-isem ta’ ‘Training…

Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Aktar