Futbol lokali
Futbol Lokali: “Fadalli sena kuntratt, ma nistax niċċaqlaq minn mal-Ħamrun,” Giovanni Tedesco

Fi żvilupp interessanti matul il-ġurnata tal-lum, Giovanni Tedesco jista’ jkun li wara kollox ma jibqax coach ta’ Ħamrun Spartans għall-istaġun li ġej. Dan wara li sal-bieraħ kien jidher li t-Taljan kien wasal fi ftehim mal-President tal-Ispartans sabiex jonora s-sena kuntratt li fadallu. Waqt il-programm ‘Offside’ ta ‘ nhar it-Tnejn li għadda, saħanistra d-Direttur Tekniku ta’ Ħamrun, Gaetano Farruggio, ikkonferma 100% li Tedesco ser jibqa’ ma’ Ħamrun.

TVM Sport huwa infurmat li Gżira United huma interessati fis-servizzi ta’ Giovanni Tedesco u meta l-coach Taljan kien mistoqsi dwar dan, it-tweġiba tiegħu kienet ċara, “Gżira għandhom interess fija u jien interessat fihom ukoll imma fadalli sena kuntratt, ma nistax niċċaqlaq minn mal-Ħamrun.”

Giovanni Tedesco ngħaqad ma’ Ħamrun Spartans fl-aħħar ta’ Mejju tas-sena li għaddiet u wara li wassalhom sar-raba’ post fil-klassifika f’dan l-istaġun xtaq li jkollok bażi soda finanzjarja u ried plejers ġodda biex ikun jista’ jisfida fl-istaġun li ġej.

Ikuntattjat minn TVM Sport, il-President ta’ Gżira United, Sharlon Pace ma ċaħadx l-interess f’Tedesco, biss l-ewwel il-coach Ħamruniż irid jinħall mill-kuntratt preżenti sabiex Gżira jitkellmu miegħu.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kienu Matthew Paris, Ludovico Micallef u Adrian Casha li kisbu l-iktar ammont ta’ voti fl-elezzjoni għal tliet postijiet bħala Viċi Presidenti tal-MFA. B’kollox kien hemm sitt kontestanti għal din il-kariga…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo huwa l-President il-ġdid tal-Malta Football Association wara li iktar kmieni llum rebaħ l-elezzjoni għall-ogħla kariga tal-MFA meta rebaħ l-elezzjoni meta għeleb lill-Chris Bonett. L-elezzjoni saret waqt il-Laqgħa Ġenerali…

Aktar