X

Futbol lokali: Federico Falcone jiffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Birkirkara

Story Published

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara.

Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn.

B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li ġej.

Falcone hu attakkant ta’ klassi kbira u proprju wera dan fiż-żmien meta kien jilgħab ma’ Valletta.

Fir-ritratt ma’ Falcone waqt il-firma jidhru l-President Frank Zarb u d-Direttur Tekniku Michael Valenzia.