Futbol lokali
Futbol lokali: Ferdinando Apap jirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-GFA

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin kienu deċiżi wara process ta’ votazzjoni bis-sehem tal-ġurnalisti u l-presidenti u kaptins ta’ kull klub.

Ferdinando Apap, il-kaptin u difensur ċentrali ta’ Victoria Hotspurs rebaħ l-unur l-aktar mistenni bħala l-Plejer tas-sena tal-GFA.  Din kienet it-tieni darba li Apap rebaħ dan l-unur fil-karriera wara li kien magħżul bħala l-plejer tas-sena fi tmiem l-istaġun 2013/2014.  Shaun Attard ta’ Nadur Youngsters u l-gowlkeeper ta’ Victoria Hotpsurs Adrian Parnis kienu ż-żewġ finalisti l-oħra għal dan l-unur prestiġjuż fil-futbol Għawdxi.  Ferdinando Apap b’hekk temm staġun mill-aktar memorabli għaliex matul is-sena kien l-ewwel plejer mill-futbol Għawdxi li ssejjaħ u kellu debut mat-Tim Nazzjonali u kien fost il-protagonisti ewlenin ma’ Victoria Hotspurs li rebħu s-Super Cup, il-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni għat-tieni sena konsekutiva u il-BOV GFA Cup.  Apap kien ukoll magħżul bħala l-BOV Plejer tax-xahar tal-futbol Għawdxi għal Marzu.

L-attakant Brażiljan Elton Da Silva ta’ Victoria Hotspurs kien ippremjat bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni bi tletin gowl u rebaħ ukoll l-unur bħala l-Aħjar Plejer Barrani tal-ewwel diviżjoni għat-tieni staġun konsekutiv, filwaqt li l-kowċ ta’ Victoria Hotspurs Gotthard Conti kien magħżul bħala l-kowċ tas-sena għat-tieni sena konsekutiva.  L-unur tal-aktar plejer Prometenti ntrebaħ mill-plejer żagħżugħ ta’ Kerċem Ajax Nathaniel Mercieca.

Ebube Ralph Okpokwu ta’ Sannat Lions kien l-aqwa skorer tal-kampjonat BOV Gozo Football League tat-tieni diviżjoni b’sitta u għoxrin gowl, l-attakant Spanjol ta’ Żebbuġ Rovers Marcos Peres Vega rebaħ l-unur tal-Aħjar Plejer Barrani tat-tieni diviżjoni u Joseph Zammit ta’ Sannat Lions kien magħżul bħala l-Plejer tas-Sena tat-tieni diviżjoni.

Unuri oħra kienu mogħtija lil aħjar plejer tas-sena u l-aqwa skorers f’diversi kategoriji tal-futbol tan-Nisa u ta’ kompetizzjonijiet tal-Gozo Youth FA.

Ingħataw ukoll diversi premijiet speċjali lil diversi persuni għal-kontribut li taw lil futbol Għawdxi bħal Ferdinando Apap li huwa l-ewwel plejer mill-futbol Għawdxi li ssejjaħ u lagħab mat-Tim Nazzjonali u Dione Lautier, ex-plejer tal-futbol Għawdxi li għad għandu r-rekord bħala l-aktar plejer li skorja gowls fil-futbol Malti.  Ġew ipremjati ukoll tlett ex-membri ta’ klubs u ex-uffiċjali fil-Kunsill tal-assoċjazzjoni għal ħidma tagħhom u ukoll ngħata rikonoximent lil membri tal-media li jirrapurtaw il-futboi Għawdxi u lill-ħaddiema ta-Gozo Stadium għad-dedikazzjoni sabiex jżommu dan il-grawnd ewlieni fl-aħjar kundizzjoni possibli.

Fi tmien is-serata l-President tal-Gozo Football Association Dr Samuel Azzopardi ndiurizza lil mistiedna fejn irringrazzja lil persuni kolla nvoluti fil-futbol Għawdxi li qed jikontribwixxu sabiex il-logħba tkompli tikber fil-level ġewwa Għawdex u saħaq dwar ir-respobsabilita tal-assoċjazzjoni sabiex tibqa żżomm il-futbol bħala l-isport ewlieni fil-gzira.

L-Unuri kolla kienu:

GFA Plejer tas-Sena: Ferdinando Apap, Victoria Hotspurs

GFA Plejer Barrani tas-Sena: Elton Da Silva, Victoria Hotspurs

GFA Plejer Prometenti tas-Sena: Nathaniel Mercieca, Kercem Ajax

GFA Kowċ tas-sena:  Gotthard Conti, Victoria Hotspurs

GFA L-Aqwa Skorer BOV Gozo Football League l-ewwel diviżjoni:  Elton Da Silva, Victoria Hotspurs 30 gowl

GFA Plejer tas-Sena tat-tieni diviżjoni:  Joseph Zammit, Sannat Lions

GFA Plejer Barrani tas-Sena tat-tieni diviżjoni:  Marcos Peres Vega, Zebbug Rovers

GFA L-Aqwa Skoerer BOV Gozo Football tat-tinei diviżjoni: Ebube Ralph Okpokwu, Sannat Lions 26 gowl.

Gozo Youth FA Plejer tas-Sena U/18: Nicholas Iguanez, Nadur Youngsters

Gozo Youth FA L-Aqwa Skorers U/18: Nathaniel Mercieca, Kercem Ajax; Naim Ibrhim Belhadj, Ghajnsielem 12-il gowl

Gozo Youth FA Plejer tas-Sena: U/15: Neil Mifsud, Nadur Youngsters

Gozo Youth L-Aqwa Skorer U/15: Lorenzo Atzori 19-il gowl

Gozo Youth FA Kowċ tas-Sena:  John Mark Vella, Oratory Youths

Gozo FC U/15 Plejer tas-Sena: Nicholas Grech

Gozo FC Nisa U/19 Plejer tas-Sena:  Valentina Rapa

GFA Membru tal-Kunsill tas-Sena: Patrick Cassar, St Lawrence Spurs

GFA Good Conduct Award: St Lawrence Spurs

GFA Premju Speċjali: Dione Lautier, għandu record tal-aktar plejer li skorja gowls fil-futbol Malti, 306 gowls

GFA Premju Speċjali: Ferdinando Apap, l-ewwel plejer mill-futbol Għawdxi li ġie msejjaħ u lagħab mat-Tim Nazzjonali

GFA Premju Speċjali: Ex-uffiċjali ta’ klubs u tal-Kunsill tal-GFA għal ħidma tagħhom fil-futbol Għawdxi – Lawrence Mizzi, Munxar Falcons, George Vella Muskat, SK Victoria Wanderers, Joe Xuereb, Sannat Lions;

GFA Premju Specjali lil membri tal-media li jirrapurtaw il-futbol Għawdxi – Joe Bajada, Mark Cini, Anthony Cassar, James Scicluna,

GFA Pemju Speċjali lil ħaddiema tal-Gozo Stadium għall-ħidma b’dedikazzjoni sabiex jżommu l-faċil;ita fl-aqwa kindizzjoni.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

‘Forward Together’…’Flimkien ’il Quddiem’, hu l-isem tal-kampanja ta’ Bjorn Vassallo, kandidat għall-elezzjoni ta’ President tal-Malta Football Association, li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju li ġej. F’konferenza ta’…

Futbol lokali

Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ġie promoss għal Kategorija 2 fuq il-Panel tal-FIFA. Farrugia Cann isieħeb lir-referee lokali l-ieħor Alan Mario Sant f’din il-kategorija li tfisser li jistgħu jikkontrollaw partiti…

Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Aktar