Futbol lokali
Futbol lokali: Fiorentina għall-training camp f’Malta bejn is-7 u l-14 ta’ Jannar li ġej

Fiorentina, il-klabb Taljan tas-Serie A, se jiġi f’Malta għall-training camp bejn is-7 u l-14 ta’ Jannar 2019.

Sorsi ta’ TVM Sport mill-klabb Taljan ta’ Firenze kkonfermaw din l-aħbar ftit tal-minuti ilu.

Fis-sebat ijiem li se jagħmlu f’Malta, il-‘Vjola’ se jkunu qed jilagħbu tal-inqas partita waħda ta’ ħbiberija ma’ klabb tal-Kampjonat BOV Premier fid-9 ta’ Jannar, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

TVM Sport jinsab infurmat ukoll li fl-istess perjodu se jkun hawn ukoll tim ieħor Taljan mill-Kampjonat tas-Serie B.

Din mhux l-ewwel darba li klabbs Taljani għażlu lil pajjiżna bħala destinazzjoni tagħhom għall-training fi żmien ta’ waqfa f’pajjiżhom meta t-temperaturi jkunu xi ftit kesħien iżżejjed. Fil-passat, f’pajjiżna ġew anki l-Juventus, il-Milan, l-Inter, it-Torino u l-Catania.

Fiorentina jilagħbu l-aħħar partita tagħhom qabel il-vjaġġ lejn Malta kontra Genoa fi Stadio Luigi Ferraris ta’ Marassi u jilagħbu l-partita ta’ wara mill-Kampjonat Taljan fl-20 ta’ Jannar, f’darhom kontra Sampdoria.

Fil-preżent, Fiorentina jinsabu fit-8 post tas-Serie A b’16-il punt.

Fiorentina għandhom diversi plejers ta’ kwalità kbira fl-iskwadra bħal Marko Pjaca, Federico Chiesa u Giovanni Simeone u l-kowċ tagħhom hu Stefano Pioli.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Mas Taborsko (Repubblika Ċeka) ……… 1 Floriana (Malta) ……………………………… 2 Il-progress ta’ Floriana mill-bidu tas-sena ‘l hawn ikompli jħalli l-frott hekk kif f’logħba ta’ ħbiberija l-Erbgħa…

Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Zbrojovka Brno (Repubblika Ċeka) ……… 3 Hibernians (Malta) ……………………………. 1 Fl-ewwel minn sensiela ta’ partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet Ċeki u mis-Slovakkja li ħadu sehem fit-Tipsport…

Futbol lokali

Ħamrun Spartans ippreżentaw l-aħħar akkwist tagħhom hekk kif kisbu lill-midfielder Messikan ta’ tlieta u għoxrin sena Misael Miranda. Il-preżentazzjoni saret mill-President ta’ Ħamrun Spartans Nunzio Antignano, l-plejer iffirma b’self sal-aħħar…

Futbol lokali

Il-winger internazzjonali Malti ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena Myles Beerman issa uffiċjalment player ta’ Gżira United. Huwa ġie ppreżentat mill-President Sharlon Pace u l-kowċ Darren Abdilla. Beerman ingħaqad mal-Maroons…

Aktar