Futbol lokali
Futbol lokali: Ġimagħtejn impenjattivi għall-Maltin fil-kompetizzjonijiet Ewropej

Matul din il-ġimgħa u anki l-ġimgħa d-dieħla, l-erba’ timijiet Maltin li kkwalifikaw għall-post fl-Ewropa se jkunu impenjati f’żewġ partiti, waħda f’Malta u l-oħra barra, skont kif ġiethom il-polza.

Iż-żewġ kompetizzjonijiet tal-UEFA huma ċ-Champions League u l-Europa League u l-klabbs Maltin involuti huma Valletta, Hibernians, Gżira United u Balzan.

Għada t-Tlieta, Valletta jilagħbu l-ewwel leg barra minn darhom tal-UEFA Champions League kontra Dudelange tal-Lussemburgu. Il-partita tintlagħab fi Stade Josy Barthel u tibda fit-20.00. It-tieni leg f’Malta jintlagħab it-Tlieta 16 ta’ Lulju fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, fit-20.00.

Għada t-Tlieta, jidħlu wkoll fl-azzjoni Gżira United fil-UEFA Europa League bl-ewwel leg fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, kontra Hajduk Split tal-Kroazja. Il-partita tibda fis-18.00. It-tieni leg jintlagħab fis-16 ta’ Lulju fi Stadion Polivd ta’ Split fit-20.00.

Il-Ħamis li ġej jidħlu fl-azzjoni ż-żewġ Maltin l-oħra, Hibernians, li proprju jitilqu aktar tard illum lejn il Belarus, u Balzan li jilagħbu l-ewwel leg f’Malta.

Hibernians jilagħbu kontra Shakhtyor tal-Belarus il-Ħamis fis-19.00. Il-partita tintlagħab fl-istadium Stroitel ta’ Soligorsk. It-tieni leg jintlagħab il-Ħamis 18 ta’ Lulju fis-Centenary Stadium, fit-20.00.

Balzan jilagħbu l-ewwel leg il-Ħamis li ġej kontra Domzale tas-Slovenja. Il-partita tibda fis-18.30 u tintlagħab fis-Centenary Stadium. It-tieni leg jintlagħab fit-18 ta’ Lulju fl-istadium Sportri Park ta’ Domzale, fid-20.45.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Futbol lokali

L-ex plejer nazzjonali Noel Turner inħatar Direttur Tekniku tal-Youths ta’ Sliema Wanderers FC. Turner hu ex plejer u captain ta’ Sliema Wanderers FC li magħhom rebaħ kull unur possibbli fil-futbol…

Futbol lokali

Illejla l-MFA u l-President Bjorn Vassallo taw l-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fih ittieħdu l-voti dwar l-eżitiċi finali tal-klassifiċi. F’konferenza stampa ta’ aktar minn siegħa li…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00. Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2. Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara…

Aktar