Futbol lokali
Futbol Lokali: Giovanni Tedesco jinħatar kowċ ta’ Gżira United FC

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC.

Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022.

Fi stqarrija uffiċjali, il-klabb ta’ Gżira United FC, ikkonferma din l-aħbar hu stess.

Din l-aħbar kienet ilha fl-arja għal diversi jiem u kien għad jonqos biss l-uffiċjalità.

Ir-riżenja ta’ Giovanni Tedesco tibqa’ misteru għal ħafna persuni fil-futbol, speċjalment dawk Ħamruniżi li għadhom ma jistgħux jifmhu x’seta’ ġara wara staġun mill-aqwa li kellhom u li temmewh fir-raba’ post tal-klassifika.

L-ex plejer ta’ Perugia u Palermo kien indeċiż ħafna dwar il-futur tiegħu u sakemm iddeċieda li jitlaq kien bidel il-verżjoni tiegħu għal aktar minn darba mad-diriġenti tal-klabb Ħamruniż.

Fost ir-raġunijiet li Tedesco ġab biex telaq lil Hamrun Spartans FC kien hemm tnejn maġġuri; li ried bażi aktar finanzjarja soda u li tissaħħaħ l-iskwadra.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Futbol lokali

Kwalifikazzjoni kampjonat Ewropew tan-Nisa taħt is-17 -il sena UEFA 2020. Illum it-team Malti mmexxi mill-kowċ Dorianne Theuma tilef bl-iskor ta’ 6-0 kontra Franza fl-ewwel logħba ta’ Grupp Ċ. Sa tmiem l-ewwel taqsima…

Aktar