X

Futbol Lokali: Giovanni Tedesco jinħatar kowċ ta’ Gżira United FC

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC.

Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022.

Fi stqarrija uffiċjali, il-klabb ta’ Gżira United FC, ikkonferma din l-aħbar hu stess.

Din l-aħbar kienet ilha fl-arja għal diversi jiem u kien għad jonqos biss l-uffiċjalità.

Ir-riżenja ta’ Giovanni Tedesco tibqa’ misteru għal ħafna persuni fil-futbol, speċjalment dawk Ħamruniżi li għadhom ma jistgħux jifmhu x’seta’ ġara wara staġun mill-aqwa li kellhom u li temmewh fir-raba’ post tal-klassifika.

L-ex plejer ta’ Perugia u Palermo kien indeċiż ħafna dwar il-futur tiegħu u sakemm iddeċieda li jitlaq kien bidel il-verżjoni tiegħu għal aktar minn darba mad-diriġenti tal-klabb Ħamruniż.

Fost ir-raġunijiet li Tedesco ġab biex telaq lil Hamrun Spartans FC kien hemm tnejn maġġuri; li ried bażi aktar finanzjarja soda u li tissaħħaħ l-iskwadra.