Futbol lokali: Giovanni Tedesco jitkeċċa minn kowċ ta’ Gżira United

Giovanni Tedesco tkeċċa minn kowċ ta’ Gżira United.

L-aħbar lil Tedesco ngħatat mill-President tal-klabb Sharlon Pace ftit tal-minuti ilu.

Ir-raġuni li ngħata Tedesco mingħand il-President hi dik li ma kienx kuntent bil-mod kif sejjer it-tim.

Fil-klabb tal-Maroons teżisti frustrazzjoni sħiħa wara l-aħħar partita li lagħbu u tilfu kontra St Lucia.

Sorsi ta’ TVM Sport ikkonfermaw li Gżira United jinsabu viċin ħafna li jiffirmaw lil Paul Zammit bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.

Tedesco kien ingħaqad ma’ Gżira United fis-sajf li għadda minn ma’ Hamrun Spartans.

Hu kellu kuntratt sa tmiem l-istaġun 2020/21.

Gżira United FC jinsabu  fir-raba’ post tal-klassifika bi 28 punt u hu l-aktar tim li skurja gowls fil-kampjonat, 30

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Pool

Il-plejer nazzjonali Malti tal-pool Dejan Grech, ftit tal-ħin ilu sar Champion Ewropew tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena. Grech għeleb fil-finali lil Morgan Thomas tal-Irlanda 7 frames għal 3. Dan hu…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-9pm_l-ewwel legs fażi tat-32 APOEL Nicosia 0 – 3 Basel Rebħa komda f’Ċipru għal Basel 3-0 ma’ APOEL Nicosia, żvizzeri fil-vantaġġ mal-kwarta logħob minn Raoul…

Billiards

Tliet timijiet Maltin għaddew għal tliet finali differenti fil-Kampjonati Ewropej tal-Eight Ball Pool li qed jintlagħbu hawn Malta stess. It-team Malta A tal-irġiel għeleb lill-Irlanda ta’ Fuq 8-2 fis-semifinali. Team…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League logħbiet tas-sebgħa mir-Round tat-tnejn u tletin Getafe 2-0 Ajax Getafe għelbu lil Ajax 2-0, goal tal-1-0 għall-ispanjoli minn Deyverson fis-sebgħa u tletin minuta, fil-ħin miżjud 2-0 skurjat…

Aktar