Futbol lokali
Futbol lokali: Gżira United u Valletta jgħidu tagħhom ġurnata qabel il-konfront dirett

Gżira United u Valletta FC iltaqgħu f’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu fit-Trophies Lounge tal-Malta Football Association, f’Ta’ Qali.

Għal din il-konferenza tkellmu ż-żewġ kowċis rispettivi, Darren Abdilla u Danilo Doncic, flimkien maż-żewġ plejers Radolfo Soares u Joseph Zerafa.

Il-partita ta’ għada, mill-10 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier, hi waħda mistennija ħafna peress li l-konfront hu bejn it-tim tal-ewwel post kontra tat-tieni post.

Darren Abdilla, kowċ ta’ Gżira, beda billi qal li minkejja li l-aħħar partita kontra Pietà Hotspurs ntemmet fi draw ta’ 1-1, ra tim motivat li rnexxielhu ma jitlifx il-partita anki jekk sofra l-gowl tal-iżvantaġġ fl-aħħar ħames minuti. Il-kowċ ta’ Gżira qal li t-tim se jkollu żewġ attakkanti xorta u se jippruvaw jilagħbu l-partita mingħajr ma jipprendu lill-Beltin.

“Valletta tim b’saħħtu aktar. Ġejjin minn serje ta’ rebħ u agħar minn hekk qed jiskurjaw ħafna f’kull partita. Qed inħarsu b’ċertu ottimiżmu lejn din il-partita. Aħna l-uniku tim li ma tlifnix u l-inqas li qlajna gowls. Tawgura tajjeb għalina,” qal Abdilla.

Danilo Doncic, kowċ ta’ Valletta, qal li l-plejers tiegħu jinsabu f’forma tajba u jispera li jibqgħu joħolqu ċ-ċansijiet ta’ skor u eventwalment jiskurjaw ħafna f’kull partita. Doncic qal li Gżira United huma tim tajjeb ħafna u organizzati f’kull dipartiment. Doncic qal li dan hu wieħed mill-iktar timijiet b’saħħithom ta’ Valletta f’dawn l-aħħar snin iżda naqas li jikkumpara lil Valletta tal-preżent ma’ taż-żmien li kien jilgħab hu għaliex skont hu, “dak kien tip ta’ futbol ieħor.”

“Naħseb li l-partitarji huma l-uniku vantaġġ li għandna f’din il-partita. Il-bqija ma narax ħafna differenza bejn il-forma li għaddejjin iż-żewġ timijiet. Nispera li nerġgħu nagħtu l-mija fil-mija tagħna bħalma għamilna fl-aħħar ħarġiet.

Radolfo Soares, plejer ta’ Gżira Utd, qal li kontra Valletta dejjem tkun partita mistennija. Hu qal li jispera li għalihom tkun wirja pożittiva u li wara l-partita jibqgħu fl-ewwel post.

“Qed naħdmu tajjeb ħafna u se nkunu preparati sew għal għada. Hi partita li tfisser l-ewwel post tal-klassifika u għall-partiti ta’ dawn it-tip hemm bżonn li tkun preparat sew minn kull lat. Jista’ jiġri kollox,” qal Soares.

Joseph Zerafa, plejer ta’ Valletta, qal li l-partita ta’ għada se tkun importanti ħafna biex imorru fl-ewwel post, madankollu jaħseb li mhux il-partita deċiżiva li biha tirbaħ il-kampjonat.

“Vera li jekk nirbħu nitilgħu l-ewwel iżda fadal ħafna punti x’jintrebħu u x’jintilfu u għadu kmieni wisq. Is-sena l-oħra ma konnix l-ewwel sal-aħħar tliet partiti u rbaħna l-kampjonat. Il-kampjonat mhux bilfors se jirbħuh Valletta jew Gżira. Jien nara lil Hibernians b’saħħithom ħafna wkoll u qed jaħdmu fil-kwiet. Aħna se nibqgħu naħdmu u nagħmlu l-aħjar tagħna biex nispiċċaw fl-ewwel post,” qal Zerafa.

Gżira United kontra Valletta tintlagħab għada l-Ġimgħa fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali, fis-19.00.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Futbol lokali

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara FC, Zachary Scerri ta’ Gżira United FC, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians…

Aktar