Futbol lokali
Futbol lokali: Hibernians FC idaħħlu protest fl-MFA minħabba żball tekniku tar-referee

Illum wara nofsinhar, uffiċjali mill-klabb ta’ Hibernians FC, mistennija jmorru fl-uffiċini tal-Malta Football Association biex jippreżentaw protest dwar il-partita tal-Ħadd li għadda kontra Valletta FC, li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

Hibernians FC se jkunu qed iressqu dan il-protest minħabba żball tekniku tar-referee Philip Farrugia, li saffar tmiem l-ewwel taqsima ftit sekondi qabel iż-żewġ minuti mogħtija żejda mir-raba’ uffiċjal, fuq l-istess indikazzjoni ta’ Farrugia.

Skont Hibernians FC, dak il-ħin kienu tilgħin b’kontrattakk veloċi u b’ċans ovju ta’ gowl u l-ħin żejjed li jingħata f’kull tmiem ta’ taqsima jfisser, ‘mhux inqas minn’ kemm ikun għolla r-raba’ uffiċjal.

Kieku Hibernians FC skurjaw, l-iskor kien jiġi 2-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Aktar