Futbol lokali
Futbol lokali: Hibernians FC jiffirmaw difensur mill-Awstrija

Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol Malti, fis-sigħat li għaddew, iffirmaw lil Martin Kreuzriegler, difensur mill-Awstrija ta’ 23 sena. Il-plejer ġie f’pajjiżna fil-jiem li għaddew u ħalla impressjoni tajba fil-klabb Pawlist, tant li kiseb il-fiduċja tal-kowċis Mark Miller u Josef Mansueto.

Fil-passat, Kreuzriegler lagħab 30 partita ma’ FC Blau-Weib Linz bejn l-2012 u l-2014, 25 partita ma’ SV Horn bejn l-2014 u l-2015, 12-il partita ma SC Austria Lustenau bejn l-2015 u l-2016 u 18-il partita bejn Floridsdorfer AC, fl-istaġun li għadda.

Kreuzriegler lagħab fil-kategoriji kollha tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu fis-settur tal-Youths. Hu lagħab fil-kategoriji ta’ taħt is-16-il sena, is-17-il sena, it-18-il sena u d-19-il sena.

Il-plejer jista’ jilgħab f’kull rwol fid-difiża u se jgħin biex Hibernians jerġgħu jkunu protagonisti.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19. GZIRA UTD…………..2. ST.ANDREWS FC…..1.   Wara 4 minuti logħob kross perikoluż fil baxx ta’ Corbolan pero ‘l ebda plejer tal- Maroons ma ikkonkluda u ftit wara…

Futbol lokali

MFA BOV SUPER CUP 2018 Valletta…..2 Balzan……1 Valletta jgħaqqdu t-tużżana: it-team tal-kapitali żied mar-rekord tiegħu stess u għamilhom tnax-il suċċess fil-BOV Super Cup meta f’finali missielta imma nieqsa minn azzjoni…

Futbol lokali

Valletta jfittxu t-treble u Balzan jimmiraw għall-ewwel unur ewlieni fl-istorja tal-club meta għada jilagħbu għall-BOV Super Cup. Is-Super Cup tradizzjonalment tlaqqa’ liċ-champions mar-rebbieħa tal-FA Trophy: dis-sena miss lil Balzan bħala…

Aktar