Futbol lokali
Futbol lokali: Hibernians FC jonoraw lil Tony Bezzina…41 sena President, aktar minn 46 sena fil-Kumitat

Tony Bezzina, il-President ta’ Hibernians FC, ilbieraħ ġie onorat mill-membri tal-klabb tiegħu stess, wara 41 sena President u aktar minn 46 sena jservi fil-Kumitat tal-klabb ta’ Raħal Ġdid.

Ilbieraħ saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Hibernians FC li fiha kien hemm diversi membri distinti, inkluż Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.

F’mument emozzjonanti, Bezzina ngħata rigal, gwarniċ tpinġija tiegħu stess bħala apprezzament għal dak li hu għamel mal-klabb Pawlist fil-passat u li għadu jagħmel fil-preżent.

Tony Bezzina hu possibbilment l-aktar persuna fl-Istorja tal-futbol Malti li qatt serva f’Kumitat tal-futbol lokali.

Hu kien inħatar President ta’ Hibernians FC fis-6 ta’ Ġunju 1978, iżda kien ilu fil-Kumitat mill-1973.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Futbol lokali

Mario Muscat, l-ex gowlkiper nazzjonali ta’ Malta u ta’ Hibernians FC, mil-lum sar kowċ ta’ Senglea Athletic FC. Kif żvela TVM Sport fis-sigħat li għaddew, Muscat inħall mill-kuntratt li kellu…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi minn Winston Muscat, se jmur ‘traning camp’ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija. Waqt dan it-‘training camp’, it-tim se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija….

Aktar