Futbol lokali
Futbol lokali: Hibernians – Lija Athletic…partita tal-Youth League abbandunata wara li diriġent aggredixxa referee

Il-partita Hibernians kontra Lija Athletic li kienet qed tintlagħab ilbieraħ filgħaxija, kellha tiġi abbandunata wara li diriġent aggredixxa lir-referee Sabri Goctu.

TVM Sport irnexxielu jara r-rapport tal-partita tal-istess referee fejn fih hemm imniżżel li fit-58 minuta, l-assistant kowċ ta’ Lija Athletic Lawrence Borg, daħal fil-pitch u tah daqqa bejn għonqu u rasu.

Jidher li dan l-inċident ittieħed b’serjetà kbira mill-Bord tad-Dixxipplina tal-MFA għaliex Borg ġie sospiż għall-ħames snin li ġejjin.

Il-partita kienet qed tintlagħab fl-istadium tas-Siġġiewi u kienet parti mill-Kampjonat Youth League – Section A.

Diversi persuni li kienu fuq il-post spjegaw l-inċident ma’ TVM Sport. Kollox beda minn corner dubjuż ta’ Hibernians li possibbilment ingħata bil-ballun joħroġ barra direttament u jerġa’ jidħol qrib il-gowlkiper ta’ Lija Athletic li min-naħa tiegħu dawwar f’corner kif seta’.

Il-plejers tal-Athletics dahru mar-referee u protestaw bil-kbir għal din id-deċiżjoni, tant li tkeċċew tlieta minnhom.

Jidher li Hibernians taw dan il-corner malajr waqt li l-plejers ta’ Lija kienu għadhom qed jipprotestaw. Ir-referee Goctu nnota possibbilment foul fil-kaxxa li għamel plejer ta’ Lija Athletic u saffar penalty.

Kien hawnhekk fejn qam pandemonju sħiħ bil-plejers ta’ Lija Athletic li asseddjaw lir-referee u bl-assistant coach tahom li ħareġ jiġri minn postu biex wettaq l-imsemmi inċident.

Il-partita ġiet sospiża immedjatament, tant li l-penalty baqa’ ma ngħatax u r-referees daħlu jiġru fid-dressing rooms b’xi plejers li saħansitra segwewhom xi ftit sakemm abbandunaw il-pitch.

Għadu mhux magħruf x’deċiżjoni se tittieħed fir-rigward ta’ skor finali u l-punti.

Dan kien it-tieni inċident f’Malta fuq referee f’dan l-istaġun.

F’Għawdex, ftit tal-jiem ilu, ir-referee Joe Agius ġie aggredit waqt partita mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Futbol lokali

Roderick Briffa, il-midfielder nazzjonali Malti ta’ 37 sena, se jerġa’ jsir plejer ta’ Birkirkara fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin. TVM Sport jista’ jikkonferma li Briffa laħaq ftehim ma’ Birkirkara FC…

Aktar