Futbol lokali
Futbol lokali: Il-Complaints Board tal-MFA jagħti raġun lil Giovanni Tedesco; irid iħallas €5,000 flok is-€96,000 li talbuh Hamrun Spartans

Il-Complaints Board tal-Malta Football Association ta raġun lil Giovanni Tedesco, dwar iċ-ċifra li d-diriġenti tal-ex klabb tiegħu Hamrun Spartans kienu qed jitolbuh iħallas talli ngħaqad ma’ Gżira United FC qabel ma temm il-kuntratt fiż-żmien stipulat.

TVM Sport jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu, kemm Tedesco u anki Hamrun Spartans irċivew din id-deċiżjoni iżda s’issa, l-ebda naħa ma kkumentat fuq il-każ.

Ġie Deċiż li Tedesco jrid iħallas iċ-ċifra ta’ €5,000 hi l-istess ċifra li l-kowċ Taljan ried iħallas fil-bidu tal-każ, skont il-Liġi ta’ Malta u skont il-kuntratt tiegħu. Din iċ-ċifra hi nofs il-paga li kellu Tedesco.

Madankollu, Hamrun Spartans kienu talbu kumpens lil Tedesco tat-tliet snin paga li kellu. Ma’ dawn, il-klabb Ħamruniż talab ukoll lil Tedesco biex iħallas id-differenza tal-paga li kellu, għal dik li għandu Manuele Blasi, il-kowċ preżenti. Dan it-total kien jammonta għal ftit aktar minn €96,000.

Dan il-każ instema’ f’Ġunju li għadda u l-Bord iltaqa’ l-ġimgħa li għaddiet biex tittieħed id-deċiżjoni finali.

Jidher li din id-deċiżjoni, bħal f’ħafna mid-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar snin, ma tawx raġun lil Hamrun Spartans.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Futbol lokali

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1. Valletta kellhom…

Aktar