Futbol lokali
Futbol Lokali: Il-logħob ser jintlagħab bil-bibien magħluqa

Fi stqarrija uffiċjali mill-MFA, il-logħob tal-futbol u l-futsal f’kull diviżjoni ser jintlagħab bil-bibien magħluqa. L-uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol flimkien mal-istaff mediku jinsabu f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tas-saħħa, fejn ġie deċiż li l-logħbiet kollha jintlagħbu mingħajr spettaturi, u allura bil-bibien magħluqa.

Skont l-MFA, l-uniċi persuni li ser jitħallew jidħlu fl-istadiums huma:

  • Il-plejers tat-timijiet li jkunu ser jilagħbu;
  • Coaches reġistrati, flimkien mal-istaff tekniku u mediku tat-timijiet li jkunu ser jilagħbu u li isimhom ikun imniżżel fuq il-match sheet;
  • Uffiċjali tal-Logħba tal-MFA;
  • Staff mediku tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol;
  • Membri tal-kumitati tal-klabbs li jkunu ser jilagħbu fil-ġurnata;
  • Uffiċjali u Membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA;
  • Pulizija li jkunu qed jaqdu dmirhom fl-istadium;
  • Persuni inkarigati mill-istadium li jkunu xogħol;
  • Ġurnalisti sportivi akkreditati.

Minn issa ‘l quddiem il-plejers u l-uffiċjali tal-logħba mhux ser jieħdu b’idejn xulxin, sakemm jinħareġ avviż ieħor. Fil-preżent l-MFA tinsab f’diskussjonijiet ma’ entitajiet differenti sabiex xi logħob jintwera dirett fuq l-internet.

Minbarra dan, il-logħob tal-Youth FA u tal-Gozo Youth FA ġew ikkanċellati, kemm dawk kompetittivi u anke logħob ta’ ħbiberija, festival u attivitajiet oħra fosthom it-taħriġ. Is-sessjonijiet ta’ taħriġ tat-timijiet nazzjonali tal-U17s, U16s u U15s ġew sospiżi b’effett immedjat.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ħeġġet lill-klabbs sabiex it-taħriġ isir bil-bibien magħluqa jew b’aċċess ristrett għall-pubbliku inġenerali. Id-deċiżjonijiet kollha meħuda, ittieħdu flimkien mal-Gozo FA, il-Youth FA, il-Gozo Youth FA u l-Gvern Malti.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar