
Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Charles Brincat, ex plejer ta’ Floriana FC u tat-tim nazzjonali Malti.
Brincat kien difensur u lagħab ma’ Floriana fis-snin tad-deheb meta l-Greens kienu jiddominaw il-futbol Malti.
Charles Brincat kellu 83 sena.
Fil-karriera tiegħu, Brincat lagħab anki mal-klabb ta’ Fulham, f’Londra, fl-Ingilterra.
TVM Sport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Brincat.


Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…
Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…
Malli tħabbret il-mewt ta’ Giuseppe Mifsud Bonnici, li kien President tal-Malta Football Association, Dr George Abela kien fost dawk li kkummentaw dwar il-legat li ħalla warajh “Ġoġo”, kif kien l-iktar…
Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist, li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…