Futbol lokali
Futbol lokali: Imut Dominic Grech, ex plejer ta’ Victoria Hotspurs FC
Thabbret il-mewt ta’ Dominic Grech li kellu 64 sena.
Dumink, kif kien maghruf ma’ dawk li jsegwu l-futbol Ghawdxi, beda il-karriera ma’ Victoria Hotspurs fl-aħħar tas-snin sittin u baqa’ plejer regolari u simbolu tal-Hotspurs għal diversi snin.
Huwa lagħab ukoll f’timijiet li kienu jirrapreżentaw lil Għawdex u kellu esperjenza ukoll ma’ timijiet fil-kampjonati tal-MFA.
Wara l-karriera bħala plejer hu kompla fil-futbol sa ftit snin ilu bħala kowc mal-istess Victoria Hotspurs u ma’ timijiet oħra fil-kampjonati tal-futbol Ghawdxi.
Dominic Grech kien kaptin tat-tim meta Victoria Hotspurs rebħu l-kampjonat Għawdxi fl-istaġuni 1979/1980 u 1984/1985.
Fl-istaġun, 1984/1985 kien rebaħ ukoll l-unur bħala l-plejer tas-sena tal-Gozo football association
Dominic Grech kien ukoll kowċ ta’ Victoria Hotspurs meta rebħu d-disa’ kampjonat fl-istaġun 1993/1994 u l-għaxar kampjonat fl-istaġun 1999/2000.
F’dan l-istaġun Dominic Grech, bħala kowc ma’ Victoria Hotspurs, rebaħ ukoll il-kompetizzjoni għat-Tazza tal-Millenium.
Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar