Futbol lokali
Futbol lokali: Imut Victor Scerri, ex goalkeeper u kowċ tat-tim nazzjonali Malti

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Scerri, ex goalkeeper u kowċ tat-tim nazzjonali Malti.

Hu kellu 90 sena.

Victor Scerri twieled fis-17 ta’ Lulju 1929.

Taħt il-gwida tiegħu, it-tim nazzjonali lagħab 29 partita, rebaħ ħamsa, ġie draw fi tlieta, u tilef 21 partita. Ukoll taħt il-gwida tiegħu, it-tim nazzjonali skurja 18-il gowl u sofra 93 gowl.

Victor Scerri kien ukoll gowlkiper u Head Coach ta’ Sliema Wanderers. Victor Scerri għamel 13-il sena President tal-Malta Football Coaches Association.

Victor Scerri baqa’ jinteressa ruħu fil-logħba lokali u fit-tim nazzjonali sal-aħħar ta’ ħajtu. Fl-aħħar snin kien ukoll iżur it-taħriġ tat-tim nazzjonali Malti.

Ir-ritratt li ttieħed fil-5 ta’ Ottubru 2015, juri lil Scerri fin-nofs bejn Charles Sciberras, coach tal-gowlkipers tat-tim nazzjonali u Tony Gambin, l-ex kit manager tat-tim nazzjonali.

TVM Sport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Scerri.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong, ftit tal-minuti ilu sar plejer ta’ Hamrun Spartans. Jidher li bejn Hibernians u Hamrun Spartans intlaħaq ftehim dwar iċ-ċifra tat-trasferiment proprju fl-10.15 am meta kien…

Aktar