Futbol lokali
Futbol lokali: Isaac Ntow ta’ Hibernians FC sospiż erba’ partiti

Isaac Ntow, id-difesnur laterali ta’ Hibernians FC, ġie sospiż erba’ partiti.

Din l-informazzjoni ingħatat mill-Malta Football Association li bagħtet l-informazzjoni kollha tal-plejers u l-uffiċjali li ġew sospiżi fil-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Ntow intwera żewġ karti sofor u tkeċċa waqt il-partita kontra Valletta FC tal-Ħadd li għadda li Hibernians FC tilfu bi skor ta’ 2-1.

Ilbieraħ, Hibernians daħlu protest fl-MFA dwar dak li qed isejħu żball tekniku tar-referee Philip Farrugia li saffar tmiem l-ewwel taqsima sekondi qabel iż-żewġ minuti li ngħataw żejda.

TVM Sport jinsab infurmat li dan il-protest se jinstema’ fl-uffiċini tal-MFA it-Tnejn li ġej mis-18..00 ‘il quddiem.

Fl-istess partita tkeċċa anki Stefano Sanderra, kowċ ta’ Hibernians u issa hi kkonfermata li ġie sospiż żewġ partiti.

Plejer ieħor ta’ Hibernians li ġie sospiż partita hu Joseph Mbong.

Il-plejers l-oħra mill-Kampjonat BOV Premier li ġew sospiżi partita huma Steve Pisani u Nenad Slijivic ta’ Balzan; Matias Garcia ta’ Senglea Athletic, Goran Adamovic u Claudio Pani ta’ Sliema Wanderers u Daniel Zerafa ta’ Tarxien Rainbows.

Fl-istess stqarrija l-MFA infurmat li Riccardo Gaucci, President ta’ Floriana ġie sospiż partita.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Aktar