Futbol lokali
Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti jasal fi Pristina, fil-Kosovo

It-tim nazzjonali Malti, illejla għal ħabta tat-20.10, wasal fi Pristina, fil-Kosovo fejn il-Ħamis li ġej jilgħab it-tielet partita mill-Grupp 3 ta’ League D, tal-UEFA Nations League.

Mill-Kosovo, it-tim nazzjonali Malti jibqa’ sejjer lejn Baku, fl-Ażerbajġan biex jilgħab it-tieni partita tiegħu, il-Ħadd filgħaxija.

Dawn se jkunu t-tielet u r-raba’ partita ta’ Malta f’dan il-Grupp.

F’kollegament telefoniku fil-programm TVM Sport fuq TVM2, ippreżentat minn Simon Farrugia, il-korrospondent ta’ TVM Sport Peter Cossai qal li l-atmosfera fit-tim nazzjonali hi waħda tajba u t-tim jinsab lest biex jiffaċċja dan it-test diffiċli.

Il-Kosovo huma kkunsidrati bħala l-ikbar forza f’League D.

Iż-żewġ partiti ta’ Malta kontra l-Kosovo fid-20.45, u l-Ħadd kontra l-Ażerbajġan fis-18.00, jixxandru dirett fuq TVM2 b’kummentarju ta’ Mark Attard u Simon Farrugia rispettivament. Il-kummentarju tekniku jkun ta’ Edward Aquilina.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kif żvela TVM Sport ftit tal-ġimgħat ilu, issa hi konfermata li l-klabb Taljan ta’ Fiorentina se jkun qed jaħmel ‘traning camp’ f’pajjiżna bejn il-5 u l-10 ta’ Jannar li ġej….

Futbol lokali

Wara r-rebħa tal-bieraħ filgħaxija kontra Valletta FC bi skor ta’ 1-0, Hamrun Spartans FC temmew l-ewwel rawnd fir-raba’ post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier b’25 punt, flimkien ma’ Sliema Wanderers FC….

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta………..0 Ħamrun S……1 Fid-19 –il minuta ħarba mal-linja ta’ Wilfred Domoraud li pprova jqassam fin-nofs pero’ imblokka fil-pront Bonello. Fit-23 minuta free-kick li ngħata minn Miguel…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Balzan…………….2 Hibernians….….2 Fit 13 –il minuta il-kross ta’ Jurgen Degabriele u xutt b’saħħtu ta’ Tiago Fonseca ġie salvat b’diffikulta minn Steven Sultana. Fit-22 minuta xutt fil-baxx…

Aktar