Futbol lokali
Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti jitlaq lejn Spanja

It-tim nazzjonali Malti llum telaq lejn Spanja. Malta tilgħab id-disa’ partita minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2020, il-Ġimgħa fl-istadium Ramón de Carranza, f’Cadiz. Il-partita tibda fid-8.45pm u tixxandar dirett fuq TVM2.

Din se tkun l-ewwel minn żewġ partiti fi tlett ijiem. Malta tilgħab l-aħħar partita tal-Grupp it-Tnejn li ġej fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali kontra n-Norveġja.

Malta għandha tliet punti fil-Grupp bir-rebħa li kienet akkwistata f’Ta’ Qali kontra l-Gżejjer Faroe.

Spanja kienet għelbet lil Malta bi skor ta’ 2-0 f’Ta’ Qali f’Marzu li għadda.

Il-kowċ nazzjonali Malti Ray Farrugia sejjaħ fl-iskwadra Maltija għall-ewwel darba lill-gowlkiper ta’ 19-il sena Rashed Al Tumi u lill-plejer ta’ Floriana Brandon Paiber.

Juan Corbolan reġa’ lura fit-tim filwaqt li Steve Borg jinsab sospiż għal din il-partita iżda jidħol lura għal dik tat-Tnejn li ġej kontra n-Norveġja.

Ir-referee tal-partita bejn Spanja u Malta se jkun Viktor Kassai tal-Ungerija.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bejn għada u nhar il-Ħadd tintlgħab l-aħħar ġurnata tal-ewwel round tal-kampjonat BOV Premier. L-MFA illum organiżżat konferenza stampa li fiha s-sitt kowċis li se jkunu involuti fit-tlett logħbiet kruċjali ta’…

Futbol lokali

Il-Ġimgħa fl-4.30pm fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali wara l-logħba tal-kampjonat Premier Birkirkara kontra Sirens se tintlgħab il-finali tas-Super Cup tan-Nisa bejn Mġarr United u Birkirkara. Waqt indirizz lill-media Hayley Bugeja player…

Futbol lokali

Tmien plejers ġew sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association ikkonferma din l-aħbar bi stqarrija mibgħuta lill-media lokali. Il-plejers huma Ryan Camenzuli ta’ Floriana, Hubert Vella ta’…

Futsal

Luxol jagħmluhom għal 21 rebħa konsekuttiva, hekk kif fl-unika logħba li kellna mill-Kampjonat tal-Elite, reġgħu rebħu lit-tim tal-Università ta’ Malta, din id-darba bl-iskor ta’ 5-1. Għal Luxol sabu x-xibka Carl…

Aktar