Futbol lokali
Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti U19 għall-‘traning camp’ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi minn Winston Muscat, se jmur ‘traning camp’ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija.

Waqt dan it-‘training camp’, it-tim se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija.

Dan it-‘training camp’ se jservi bħala preparazzjoni għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni li Malta trid tilgħab kontra l-Italja, is-Slovakkja u Ċipru, f’Novembru li ġej.

L-iskwadra nazzjonali għandha 20 plejer li tinkludi wħud li kienu jagħmlu parti diġà u oħrajn li ġew promossi mit-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena.

L-iskwadra kollha li sejjaħ Winston Muscat, assistiet minn Stefano Grima hi din:

GOALKEEPERS
Amara Sylla (Birkirkara); Matthias Debono (Ħamrun Spartans).

DIFENSURI
Sheldon Mizzi (Pietà Hotspurs); Andreas Vella (Hibernians); Ismael Borg (Lija Athletic); Glenn Attard (Birkirkara); Owen Spiteri (San Ġwann); Liam McKay (Pietà Hotspurs); Christian Gauci (San Ġwann); Shaun Dimech (Valletta).

MIDFIELDERS
Carlo Zammit Lonardelli (Birkirkara); Bradley Sciberras (Floriana); Matthew Portelli (Hibernians); Russell Vella (Ħamrun Spartans); Jake Engerer (Cesena SC); Jake Ghio (Pietà Hotspurs).

ATTAKKANTI
Paul Mbong (Birkirkara); Alexander Satariano (St Andrews); Mattia Veselji (St Andrews); Ryan Tonna (Valletta).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Futbol lokali

Kwalifikazzjoni kampjonat Ewropew tan-Nisa taħt is-17 -il sena UEFA 2020. Illum it-team Malti mmexxi mill-kowċ Dorianne Theuma tilef bl-iskor ta’ 6-0 kontra Franza fl-ewwel logħba ta’ Grupp Ċ. Sa tmiem l-ewwel taqsima…

Aktar