Futbol lokali
Futbol lokali: Jesmond Zerafa jibdel lil Darren Abdilla bħala kowċ ta’ Gżira United FC

Jesmond Zerafa hu l-kowċ il-ġdid ta’ Gżira United FC.

TVM Sport jista’ jikkonferma li f’laqgħa li saret dalgħodu bejn il-partijiet konċernati, Sharlon Pace, President tal-klabb, ħatar lil Zerafa f’din il-kariga.

Hu mifhum li l-aħħar wirjiet tat-tim ta’ Gżira United FC ma kienu xejn sodisfaċenti għall-Kumitat tal-Maroons.

Għadu mhux magħruf jekk Darren Abdilla rriżenjax hu jew tneħħa mill-President.

Jesmond Zerafa mistenni jibda bl-ewwel sessjoni ta’ taħriġ mil-lejla.

Fis-sigħat li ġejjin, Zerafa mistenni jerġa jiltaqa’ ma’ Pace biex jitkellmu dwar kuntratt.

Jesmond Zerafa kien diġà d-Direttur Tekniku tal-klabb ta’ Gżira United FC.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Aktar