Futbol lokali
Futbol lokali: Jibda t-taħriġ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena fit-Turkija

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena taħt it-tmexxija tal-kowċ Silvio Vella, beda bit-taħriġ tiegħu fit-Turkija bi preparazzjoni għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra t-Turkmenistan u l-Kosovo.

It-training camp tat-tim nazzjonali Malti qed isir f’Antalya u se jservi wkoll għaż-żewġ partiti ta’ Settembru mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ukrajna.

Silvio Vella sejjaħ diversi plejers ġodda b’diversi plejers li jistgħu jkunu se jiddebuttaw fl-ewwel esperjenza tagħhom mat-tim ta’ taħt il-21 sena.

Sadanittant, fin-nuqqas ta’ Matthew Guillaumier li ssejjaħ mal-kbar, il-captain tat-tim nazzjonali Malti se jkun Jean Borg.

Malta tilgħab kontra t-Turkmenistan għada l-Ġimgħa fit-3.00pm u kontra l-Kosovo t-Tlieta fl-istess ħin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

  Everton ….. 4 Man. Utd…..0 Everton ġabu fix-xejn l-isfida ta’ Manchester United u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-0. Fit-tlettax il-minuta Richarlison fetaħ l-iskor għal Everton u irduppjaw fit-tmienja u għoxrin…

Futbol internazzjonali

Fil-posticipo li ntlagħab ilbieraħ filgħaxija, Inter u Roma temmew il-logħba fid-dro ta’ 1-1, biex b’hekk Inter żiedu punt fit-tellieqa għat-tielet post, filwaqt li Roma għadhom jittamaw li b’xi mod jaqbżu…

Futbol lokali

Balzan…….. 2 Sliema …….1 Logħba li kellha bidu eċċellenti bit-team ta’ Balzan jirnexxielu jaħsad lit-team Slimiż tant li f’inqas minn 13 -il minuta kien qed igawdi żewg goals vantaġġ, min…

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A: Juventus ġew matematikament dikjarati Champions tas-Serie A wara li llum riedu minn tal-inqas punt f’darhom fl-Allianz Stadium kontra Fiorentina. Juventus rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Skorers f’dan il-konfront wara sitt…

Aktar