Futbol lokali
Futbol lokali: John Buttigieg kowċ ta’ Birkirkara FC

John Buttigieg, l-ex kowċ ta’ Sliema Wanderers u tat-tim nazzjonali Malti, se jinħatar kowċ ta’ Birkirkara FC fis-sigħat li ġejjin.

Buttigieg hu wieħed mill-iktar kowċis ta’ esperjenza kbira b’karriera brillanti wkoll bħala plejer.

John Buttigieg se jkun qed jieħu post Paul Zammit u jimla l-vojt li ħalla John Arne Riise bit-tluq tiegħu.

Mark Buttigieg, li kien qed jieħu ħsieb it-tim sakemm instabet soluzzjoni, spiċċa mill-kariga tiegħu.

John Buttigieg beħsiebu jkun fuq il-bankina ta’ Birkirkara FC mill-partita li jmisshom fil-Kampjonat BOV Premier, it-Tnejn li ġej kontra Qormi FC.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Xuereb beda l-istaġun ma’ Mosta FC u lejn l-aħħar ta’ Jannar ingħaqad ma’ Gżira United. Anthony Scicluna…

Futbol lokali

MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE 2019/20 White Eagles komplew bil-mixja pożittiva tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva tal-Malta Mini-Football League li qed isir fil-grawnd tal-Marsa. Min-naħa l-oħra r-rivali tagħhom…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Premier Senglea Athletic ħabbar li l-kowċ Vladan Tomic ser ikun qed imexxi t-tim għall-kumplament tal-istaġun. Jassistih fuq il-bank ser ikun hemm l-ex player ta’ Rabat, Valletta u Birkirkara Drasko…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena, illum rebaħ it-tieni partita tiegħu mill-UEFA Youth Girls Development Tournament kontra Ġibiltà bi skor ta’ 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Malta waslu fit-tieni…

Aktar