Futbol lokali
Futbol lokali: Jonathan Caruana lura għat-taħriġ ma’ Valletta minn għada l-Ġimgħa

Jonathan Caruana, il-plejer ta’ Valletta u tat-tim nazzjonali Malti mistenni jirritorna fil-futbol Malti minn għada hekk kif se jerġa’ jibda jitħarreġ ma’ Valletta u jkun eliġibbli mill-partita li jmiss.

Fl-aħħar sigħat, in-NADO, li kienet issospendiet lil Caruana għal erba’ snin minn kull attività tal-futbol, ġiet mgħarrfa li kien hemm żball fil-proċedura tat-test li sar fis-sustanza li kien inqabad pożittiv biha Caruana lura f’Marzu tal-2016.

Peress li Caruana hu atleta elite, kien sarlu test barra mill-kompetizzjoni fejn kienet instabet traċċa ta’ sustanza projbità fit-test tiegħu.

Il-plejer, fid-difiża tiegħu, dejjem sostna li hu qatt ma ħa sustanzi projbiti u dejjem kien konvint li kien hemm żball.

Jonathan Caruana għandu 32 sena u hu wkoll ex plejer tat-tim nazzjonali Malti. Hu mistenni jirritorna għat-taħriġ minn għada l-Ġimgħa.

Għadu mhux magħruf jekk Caruana hux se jfittex lura għad-danni.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta……6 Qormi……..0 Valletta ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat BOV Premier meta kontra Qormi huma rebħu bl-iskor ta’ 6-0, f’logħba li sa mill-ewwel minuta tagħha dehret li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Pieta H. ….1 Senglea A…1 Wara 5 minuti logħob xutt fil- baxx ta’ Romani Tcanturia ġie salvat faċilment minn Nicky Vella. Fil 15 –il minuta ħarba…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Aktar